YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 26

26
Kapitlu 26
Id-difiża ta’ Pawlu quddiem Agrippa
1Agrippa qal lil Pawlu: “Tista’ titkellem u tiddefendi ruħek.” Pawlu medd idu u beda jiddefendi l-kawża tiegħu: 2“Inħossni hieni, sultan Agrippa, li llum se niddefendi ruħi quddiemek mill-akkużi kollha li l-Lhud qegħdin iġibu kontra tiegħi, 3l-aktar għax int taf id-drawwiet u l-kwistjonijiet kollha tal-Lhud. Għalhekk nitolbok tismagħni bis-sabar. 4X’kienet ħajti sa minn żgħożiti, kif għaddejtha sa mill-bidu fost il-poplu tiegħi f’Ġerusalemm, jafuh il-Lhud kollha. 5Huma ilhom jafu ħafna, jekk iridu jixhdu, kif jien għext ta’ Fariżew, skont is-setta l-aktar iebsa tar-reliġjon tagħna.#Fil 3,5-6. 6U issa wkoll jien qiegħed hawn biex isir ħaqq minni minħabba t-tama li għandi fil-wegħda li Alla għamel lil missirijietna,#Atti 23,6; 24,15-21; 28,20. 7u li t-tnax-il tribù tagħna qegħdin jistennewha sseħħ waqt li bla heda jagħtu qima lil Alla lejl u nhar. Hu fuq din it-tama, sultan, li l-Lhud qegħdin jakkużawni. 8Għaliex ma għandux jitwemmen fostkom li Alla jqajjem il-mejtin?
9“Jien ukoll deherli li kelli nagħmel minn kollox kontra l-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret#26,9: L-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret: ara noti 3,16 u Mt 26,71..#Atti 8,3; 22,4-5. 10U hekk għamilt f’Ġerusalemm, u bis-setgħa li tawni l-qassisin il-kbar, jien tfajt fil-ħabs ħafna mill-qaddisin#26,10: Ħafna mill-qaddisin: ara nota 9,13., u, meta kienu jaqtgħuhielhom għall-mewt, jien kont nagħti l-kunsens tiegħi. 11Bosta drabi wkoll kont naħqarhom fis-sinagogi kollha u kont nagħmel minn kollox biex inġagħalhom jiċħdu t-twemmin tagħhom u b’saħna liema bħalha kont nippersegwitahom sa fi bliet barranin.
Pawlu jirrakkonta l-konverżjoni tiegħu
(Atti 9,1-9; 22,6-16)
12“Hekk, bis-setgħa u l-permess tal-qassisin il-kbar, tlaqt lejn Damasku. 13Jien u sejjer, f’nofsinhar, sultan, rajt dawl, aqwa mid-dija tax-xemx, ġej mis-sema u idda madwari u madwar dawk li kienu fit-triq miegħi. 14Waqajna lkoll fl-art, u jien smajt leħen jgħidli bl-ilsien Lhudi, ‘Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani? Iebsa għalik li teħodha kontra n-niggieża!’ 15Jien weġibt, ‘Min int, Mulej?’ U l-Mulej qalli, ‘Jien Ġesù li int qiegħed tippersegwitah. 16Imma qum u ieqaf fuq riġlejk. Għax jien għalhekk dhertlek, biex nagħmlek ministru u xhud tad-dehra li fiha rajtni u ta’ dawk li fihom għad nidhirlek.#Eżek 2,1. 17Neħilsek mill-poplu u mill-ġnus pagani li għandhom qiegħed nibagħtek,#Ġer 1,7. 18biex tiftħilhom għajnejhom ħalli jerġgħu lura mid-dlam għad-dawl u mis-setgħa tax-xitan u jduru lejn Alla, u bil-fidi tagħhom fija jiksbu l-maħfra tad-dnubiet u jkollhom sehem ma’ dawk li huma kkonsagrati lil Alla.#Dt 33,3-4; Għerf 5,5; Is 35,5; 42,7-16; Atti 20,32; Ef 2,2; Kol 1,13.
19“Għalhekk, sultan Agrippa, jien ma webbistx rasi għad-dehra tas-sema. 20Imma kont inxandar, l-ewwel lil-Lhud ta’ Damasku, imbagħad lil dawk ta’ Ġerusalemm u tal-art kollha tal-Lhudija, u lill-pagani wkoll, li għandhom jindmu u jduru lejn Alla, billi jagħmlu opri xierqa ta’ ndiema.#Mt 3,8; Atti 9,19. 21Minħabba f’hekk il-Lhud qabduni fit-Tempju u riedu joqtluni.#Atti 21,30-31. 22Bl-għajnuna li kelli mingħand Alla jien bqajt sa dan il-jum nixhed liż-żgħar u lill-kbar, u ma ngħidx ħaġa oħra ħlief dak li l-Profeti u Mosè#26,22: Il-Profeti u Mosè: it-TQ kollu. qalu li kellu jsir,#Lq 24,44. 23jiġifieri, li l-Messija kellu jbati u jkun l-ewwel wieħed li jqum mill-imwiet, u jħabbar id-dawl kemm lill-poplu ta’ Iżrael u kemm lill-pagani.”#Is 42,6; 49,6; Lq 24,46-47.
Pawlu jħajjar lil Agrippa biex jemmen
24Wara li Pawlu għamel din id-difiża tiegħu nnifsu, Festu għolla leħnu u qallu: “Int miġnun, Pawlu! L-għerf kbir tiegħek qiegħed iġennek!” 25Pawlu wieġeb: “Eċċellenza, Festu, jien m’iniex miġnun, imma qiegħed ngħid is-sewwa u nitkellem bil-għaqal. 26Is-sultan, li miegħu qiegħed nitkellem bil-libertà kollha, jaf sewwa dan kollu; għax għandi nifhem li xejn minn dan kollu ma hu moħbi għalih, ladarba dan ma sarx fil-moħbi.#Ġw 18,20. 27Temmen int, sultan Agrippa, fil-Profeti? Jien naf li temmen.” 28Imbagħad Agrippa qal lil Pawlu: “Ftit jonqsok biex tipperswadini u tagħmilni nisrani#26,28: U tagħmilni nisrani: test ieħor iġib: se tipperswadini li nsir nisrani: għal daqsxejn m’intix se tagħmilni nisrani!!” 29Pawlu wieġeb: “Nitlob ’l Alla li, bil-ftit jew bil-wisq, mhux inti biss, imma dawk kollha li llum qegħdin jisimgħuni jkunu bħali, barra mill-irbit ta’ dawn il-ktajjen.”
30Imbagħad is-sultan, il-gvernatur, Bereniċi u dawk kollha li kienu bilqiegħda miegħu qamu. 31Huma u sejrin, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: “Dan ir-raġel ma għamel xejn li jistħoqqlu l-mewt jew il-ktajjen.”#Atti 23,29. 32U Agrippa qal lil Festu: “Li ma appellax għal quddiem Ċesari lil dan ir-raġel kont tista’ titilqu.”#Atti 25,11.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 26: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in