YouVersion Logo
Search Icon

2 KORINTIN 8

8
Kapitlu 8
L-għajnuna ġeneruża lill-foqra
1Aħna għarrafnielkom, l-aħwa, il-grazzja ta’ Alla li ngħatat lill-knejjes tal-Maċedonja,#Rum 15,26. 2għaliex fil-prova l-kbira tas-sofferenza, il-ferħ tagħhom kien kbir u l-faqar bla tarf tagħhom safa ta’ għana kbir biex taw minn qalbhom. 3Għaliex taw minn rajhom kemm setgħu, u, nixhedhulkom jien, aktar milli setgħu. 4Talbuna b’ħeġġa kbira din il-grazzja, jiġifieri, li jissieħbu f’dan il-ministeru#8,4: Dan il-ministeru: l-għajnuna lill-insara fqar: ara Rum 15,25-26. ta’ għajnuna lill-qaddisin,#Atti 11,29; 2 Kor 9,1. 5u aktar milli ttamajna aħna, huma taw ruħhom l-ewwel lill-Mulej, imbagħad lilna bir-rieda ta’ Alla. 6U hekk tlabna lil Titu, li beda dan ix-xogħol, biex itemm din il-ħidma ta’ ħniena fostkom. 7Iżda bħalma intom għonja f’kollox, fil-fidi u fil-kelma, fl-għerf u fiż-żelu kollu, fl-imħabba li aħna rawwimna f’qalbkom, hekk għandkom tistagħnu f’din il-ħidma ta’ ħniena.#1 Kor 1,5; 16,1-2.
8M’iniex nordnalkom; iżda permezz tal-ħerqa li wera ħaddieħor, irrid nipprova kemm hi sinċiera l-imħabba tagħkom. 9Intom tafu l-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, li għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.#Mt 8,20; Fil 2,6-7. 10Jiena parir qiegħed nagħti f’dan; għax dan ikun jaqblilkom, lilkom, li s-sena l-oħra kontu l-ewwel nies, mhux biss li ndħaltu għal dan x-xogħol, imma li ridtuh ukoll. 11Issa mela temmu dak li bdejtu tagħmlu, ħalli b’hekk, bħalma ridtuh minn qalbkom hekk ukoll ittemmuh, kulħadd skont ma għandu. 12Jekk il-qalb tkun hemm, dak li jkun jingħoġob skont ma għandu, u mhux skont li ma għandux.#Prov 3,27-28; Mk 12,43. 13Mhux biex il-piż iħeff minn fuq l-oħrajn u jaqa’ kollu fuqkom, imma kulħadd indaqs. 14Bħalissa ħallu ż-żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-nieqes ta’ dawk li ma għandhomx, biex iż-żejjed tagħhom għad ikun jista’ jpatti għan-nieqes tagħkom. U hekk ikun kulħadd indaqs,#2 Kor 9,12. 15bħalma hu miktub:
“Min ġabar ħafna ma sabx iż-żejjed,
u min ġabar ftit ma baqax bin-nieqes.” # Eż 16,18.
Titu u sħabu
16Ħajr lil Alla li nissel l-istess ħerqa f’qalb Titu għalikom. 17Għaliex mhux biss laqa’ t-talba tagħna, iżda minn qalbu ġej għandkom minħabba ż-żelu li għandu għalikom. 18Miegħu qegħdin nibagħtu wkoll lil ħuna li l-knejjes kollha jfaħħru minħabba x-xogħol tiegħu fix-xandir tal-Evanġelju. 19Mhux biss dan, imma kien ukoll magħżul mill-knejjes biex ikun is-sieħeb magħna fis-safar tagħna f’dan il-ministeru ta’ karità għall-glorja ta’ Alla u xhieda tar-rieda tajba tagħna. 20Għax qegħdin attenti li ħadd ma jkollu xi jgħid fina minħabba l-mod li bih sa nħaddmu din il-ġabra kbira. 21Aħna nfittxu s-sewwa mhux biss quddiem Alla iżda wkoll quddiem il-bnedmin. 22Qegħdin nibagħtu magħhom lil ħuna, li l-ħeġġa tiegħu ppruvajnieha kemm-il darba b’ħafna manjieri u sibnieh dejjem mimli ħeġġa, iżda issa mħeġġeġ aktar minħabba l-fiduċja kbira li għandu fikom. 23Dwar Titu, imbagħad, ngħid biss li huwa sieħbi u ħaddiem miegħi għalikom; u fl-aħħar dwar ħutna, dawn huma l-messaġġiera tal-knejjes, u l-glorja ta’ Kristu. 24Agħtuhom mela, xhieda ta’ mħabbitkom quddiem il-knejjes u tal-verità tal-ftaħir tagħna bikom.#2 Kor 7,14.

Currently Selected:

2 KORINTIN 8: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in