YouVersion Logo
Search Icon

2 KORINTIN 7

7
Kapitlu 7
1Meta għandna dawn il-wegħdiet, għeżież tiegħi, ħa nitnaddfu minn kull tidnis tal-ġisem u tar-ruħ, u ntemmu l-qdusija tagħna fil-biża’ ta’ Alla.
Il-ferħ ta’ Pawlu u l-indiema tal-Korintin
2Agħmlulna l-wisa’ f’qalbkom! Ma nqasna lil ħadd; ma għamilna deni lil ħadd; ma qarraqna b’ħadd!#2 Kor 12,17. 3M’iniex ngħid dan biex nikkundannakom; għaliex, kif għedt qabel, intom ilkoll qegħdin f’qalbi biex immutu u ngħixu flimkien.#2 Kor 6,11-12; Fil 1,7. 4Jien għandi qalbi qawwija minħabba fikom; inħossni kburi ħafna bikom; kollni faraġ; imfawwar bil-ferħ fost id-djieqa kollha tagħna.
5Meta morna l-Maċedonja#7,5: Maċedonja: ara 1 Tess 4,10., ma kellna ebda mistrieħ f’ġisimna, iżda taħbit f’kollox - taqbid minn barra u biża’ minn ġewwa.#Atti 20,1-2; 2 Kor 2,13. 6Imma Alla, li jfarraġ lill-umli, farraġna bil-wasla ta’ Titu.#Is 49,13; 2 Kor 1,3-4. 7Mhux biss bil-wasla ta’ dan, iżda wkoll bil-faraġ li bih tfarraġ hu stess minħabba fikom; qalilna bix-xewqa tagħkom, bil-biki tagħkom, biż-żelu tagħkom għalija; u hekk jien fraħt iktar. 8Għax jekk sewwidtilkom qalbkom bl-ittra#7,8: Bl-ittra: ara 2 Kor 2,3., ma għandix għax nindem; u jekk nindem - qiegħed nara li b’din l-ittra sewwidtilkom qalbkom, għalkemm għal ftit -#2 Kor 2,4. 9issa nifraħ; mhux għax sewwidtilkom qalbkom imma għax minn swied il-qalb wasaltu għall-indiema. Sewwidtilkom qalbkom kif irid Alla, b’mod li m’għamilnielkom l-ebda ħsara. 10Swied il-qalb kif irid Alla jnissel l-indiema għas-salvazzjoni, li minnha ħadd ma jibdielu; imma swied il-qalb kif trid id-dinja jwassal għall-mewt.#Sir 38,18; Mt 27,3-5; Lhud 12,17. 11Araw dan is-swied il-qalb kif irid Alla x’ħeġġa nissel fikom, x’ġustifikazzjoni tagħkom infuskom, x’għadab, x’biża’, x-xewqa, x’żelu, u x-xewqa biex issir ġustizzja. F’kulma ġara ġibtu ruħkom bla ħtija. 12Mela jekk ktibtilkom, ma ktibtilkomx minħabba min għamel id-deni#7,12: Min għamel id-deni: ara 2 Kor 2,2. jew min sofra xi deni, iżda biex jidher iż-żelu li għandkom għalina quddiem Alla. 13Minħabba dan tfarraġna.
Barra minn dan il-faraġ, fraħna aktar minħabba l-ferħ ta’ Titu, għaliex ilkoll kemm intom ferraħtulu qalbu. 14Jekk ftaħart xi ftit bikom miegħu ma kellix għax nistħi; imma kif dejjem għedtilkom il-verità, hekk ukoll il-ftaħir tagħna ma’ Titu deher li kien veru. 15U qalbu xegħlet aktar għalikom meta ftakar fl-ubbidjenza tagħkom, kif ilqajtuh bil-biża’ u t-tregħid.#2 Kor 2,9. 16Nifraħ għaliex għal kollox nista’ norbot fuqkom.

Currently Selected:

2 KORINTIN 7: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in