YouVersion Logo
Search Icon

2 KORINTIN 13

13
Kapitlu 13
L-aħħar twiddib u tislijiet
1Din hi t-tielet darba li ġej għandkom. Fuq il-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta titwettaq kull kelma.#Dt 19,15; 2 Kor 12,14; Mt 18,16; 1 Tim 5,19. 2Għedthulkom minn qabel u nerġa’ ngħidhulkom, bħal meta kont għandkom it-tieni darba u issa li m’iniex hemm, lil dawk li kienu dinbu u lill-oħrajn ilkoll: li jekk nerġa’ niġi ma naħfrilhomx. 3Għax intom tridu l-prova li Kristu jitkellem fija, hu, li m’huwiex dgħajjef għalikom, iżda juri qawwietu fikom. 4Kien imsallab minħabba d-dgħufija tiegħu, iżda issa jgħix bil-qawwa ta’ Alla. U aħna wkoll dgħajfa fih, iżda ngħixu miegħu bil-qawwa ta’ Alla għalikom.#Fil 2,7-8.
5Għarblu lilkom infuskom jekk intomx fil-fidi; ġarrbu lilkom infuskom. Ma tafux intom li Kristu Ġesù jinsab fikom? Jekk imbagħad intom ma ħżintux għall-aħħar!#1 Kor 11,28. 6Nittama li intom tafu li aħna m’aħniex ħżiena għall-aħħar. 7Nitolbu lil Alla li ma tagħmlu ebda deni, mhux biex aħna nidhru approvati, iżda biex intom tagħmlu t-tajjeb; imqar jekk aħna nitqiesu bla setgħa. 8Ma nistgħu nagħmlu xejn kontra l-verità, iżda għall-verità.#1 Kor 13,6. 9Nifirħu kull meta aħna nkunu dgħajfa, u intom setgħana. Dan kollu nitolbuh, jiġifieri, li intom tkunu perfetti. 10Għalhekk qiegħed nikteb dan, issa li jien imbiegħed, sabiex meta nkun hemm ma nkunx iebes skont is-setgħa li l-Mulej tani biex nibni, u mhux biex inħott.#2 Kor 2,3; 10,8-11.
11Mill-bqija, l-aħwa, ifirħu, ħabirku għall-perfezzjoni, isimgħu milli wieħed jgħidilkom, kunu ta’ fehma waħda, żommu s-sliem, u Alla tal-imħabba u s-sliem ikun magħkom.#Rum 15,33; Fil 4,4. 12Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa. Il-qaddisin kollha jsellmulkom.#Rum 16,16; 1 Kor 16,20; 1 Pt 5,14.
13Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu jkunu magħkom ilkoll.

Currently Selected:

2 KORINTIN 13: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in