YouVersion Logo
Search Icon

GALATIN 1

1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu, appostlu, mhux mill-bnedmin jew permezz tal-bniedem, iżda permezz ta’ Ġesù Kristu u ta’ Alla l-Missier li qajmu mill-imwiet,#Atti 20,24; Gal 1,11-12. 2u l-aħwa kollha li hawn miegħi, lill-knejjes tal-Galazja#1,2: Galazja: provinċja fil-qalba tat-Turkija tal-lum: ara Atti 16,6., 3grazzja u sliem lilkom mingħand Alla Missierna u mingħand Sidna Ġesù Kristu,#Rum 1,7; Fil 1,2; Film 3. 4li ta lilu nnifsu għal dnubietna, biex jeħlisna minn din id-dinja ħażina tal-lum, skont ir-rieda ta’ Alla u Missierna;#Gal 2,20; 1 Tim 2,6; Tit 2,14. 5lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Ma hemmx Evanġelju ieħor
6Jiena nistagħġeb bikom kif daqshekk malajr tbegħedtu minn min sejħilkom fil-grazzja ta’ Kristu u dortu lejn Evanġelju ieħor; 7mhux għax hemm xi Evanġelju ieħor, imma hemm xi wħud li qegħdin iħawdukom u jridu jaqilbu l-Evanġelju ta’ Kristu.#Atti 15,1-24. 8Imma mqar jekk aħna stess jew anġlu mis-sema jħabbrilkom Evanġelju ieħor li mhuwiex dak li ħabbarnielkom aħna, ikun misħut#1,8: Ikun misħut: ara 1 Kor 16,22.! 9Bħalma ġa għednielkom, u ntenni ngħidilkom issa; jekk xi ħadd iħabbrilkom ħaġa oħra għajr dak li ġa rċevejtu, ikun misħut!
10Forsi jien qed infittex li jkunu jġibuni l-bnedmin, jew qed infittex li jkun iġibni Alla? Qiegħed jiena nfittex li nogħġob lill-bnedmin? Li kont għadni nfittex li nogħġob lill-bnedmin, ma kontx inkun qaddej ta’ Kristu.#1 Tess 2,4.
L-Evanġelju ta’ Pawlu
11Dan ngħarrafkom, l-aħwa: l-Evanġelju li ħabbartilkom jien#1,11: L-Evanġelju li ħabbartilkom jien: xi wħud mill-insara Lhud riedu li l-pagani joqogħdu għaċ-ċirkonċiżjoni u l-bqija tal-Liġi ta’ Mosè. Pawlu xandar - u dan hu l-Evanġelju tiegħu - li l-Liġi ta’ Mosè, speċjalment il-liġi taċ-ċirkonċiżjoni, spiċċat mal-mewt ta’ Kristu; ara Rum 2,16; 16,25; 2 Kor 4,3; 1 Tess 1,5; 2 Tess 2,14; Tit 2,8. mhuwiex Evanġelju tal-bnedmin. 12Għaliex jiena mhux mingħand bniedem irċevejtu jew tgħallimtu, imma kien irrivelat lili minn Ġesù Kristu.#Gal 1,1.
13Intom smajtu bl-imġiba tiegħi meta kont għadni fir-reliġjon Lhudija, kif kont nippersegwita bis-sħiħ il-Knisja ta’ Alla u nfittex li nħarbatha;#Atti 8,3; 22,4-5; 26,9-11. 14u kemm kont ’il quddiem fir-reliġjon Lhudija fost il-poplu tiegħi aktar minn sħabi kollha ta’ mpari, imġennen kif kont għat-tradizzjonijiet ta’ missirijieti.#Atti 22,3. 15Imma meta Dak li għażilni sa minn ġuf ommi, u li sejjaħli permezz tal-grazzja tiegħu,#Is 49,1; Ġer 1,5; Rum 1,1. 16għoġbu jirrivelali lil Ibnu biex inħabbru fost il-ġnus, minnufih, bla ma qgħadt infittex li nieħu parir mingħand bnedmin tad-demm u l-laħam,#Atti 9,3-6; 22,6-10; 26,13-18; Gal 2,7. 17bla ma tlajt Ġerusalemm għand dawk li kienu appostli qabli, jiena mort fl-Għarabja, u mbagħad erġajt lura lejn Damasku.
18Imbagħad, tliet snin wara, tlajt Ġerusalemm inżur lil Kefa#1,18: Kefa: Pietru; ara Ġw 1,42., u bqajt miegħu ħmistax-il ġurnata; 19mill-appostli l-oħra ma rajt lil ħadd; iżda rajt lil Ġakbu, ħu l-Mulej#1,19: Lil Ġakbu, ħu l-Mulej: ara nota Mt 12,46. Il-kap tal-knisja ta’ Ġerusalemm; ara Atti 15,13; Gal 2,9..#Mt 13,55; Mk 6,3. 20(F’dan li qiegħed niktbilkom, nixhed quddiem Alla, m’iniex nigdeb). 21Imbagħad mort fl-inħawi tas-Sirja u taċ-Ċiliċja. 22Il-knejjes ta’ Kristu fil-Lhudija kienu għadhom qatt ma raw wiċċi; 23kienu semgħu biss in-nies jgħidu li: “dak li darba kien jippersegwitana, issa qiegħed ixandar il-fidi li darba hu ried jeqred”; 24u huma faħħru lil Alla minħabba fija.

Currently Selected:

GALATIN 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in