YouVersion Logo
Search Icon

1 TESSALONIKIN 5

5
Kapitlu 5
1Dwar il-ħin u ż-żmien, l-aħwa, ma għandix bżonn niktbilkom.#Mt 24,36. 2Intom tafu sewwa li Jum il-Mulej jiġi għal għarrieda bħal ħalliel billejl.#Mt 24,42-44; Lq 12,39-40; 2 Pt 3,10; Apk 3,3; 16,15. 3Meta kulħadd jibda jgħid: “Sliem u mistrieħ”, dak il-ħin stess, bħall-uġigħ fuq mara li tkun waslet għall-ħlas, tiġi fuqhom għal għarrieda l-qerda u ma jeħilsu b’xejn.#Ġer 6,14; 8,11; Eżek 13,10; Mt 24,39; Lq 21,34-35; Ġw 16,21-22. 4L-aħwa, intom m’intomx fid-dlam biex Jum il-Mulej jeħodkom għal għarrieda bħal ħalliel. 5Intom ilkoll ulied id-dawl#5,5: Intom ilkoll ulied id-dawl: nies imdawla. Din hi idjoma semitika biex tfisser relazzjoni bejn ħaġa u oħra; ara Mt 8,12; Lq 20,36; 2 Tess 2,3. u wlied il-jum; aħna m’aħniex ulied il-lejl, anqas ulied id-dlam.#Rum 13,12; Ef 5,9. 6Għalhekk ma għandniex norqdu bħall-oħrajn, iżda nishru u ngħixu bil-qjies. 7Għax min jorqod, jorqod billejl; u min jisker, jisker billejl. 8Ladarba aħna wlied il-jum, ejjew ngħixu bil-qjies, nilbsu l-kurazza tal-fidi u l-imħabba, u l-elmu tat-tama tas-salvazzjoni.#Għerf 5,18; Is 59,17; Ef 6,14-17. 9Għax Alla ma għażilniex għall-għadab, imma biex niksbu s-salvazzjoni permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu,#1 Tess 1,10; 2 Tess 2,14. 10li miet għalina, sabiex sew jekk inkunu nishru u sew jekk inkunu rieqda#5,10: Inkunu rieqda: jiġifieri mejtin; ara 1 Tess 4,13. meta jiġi, ngħixu ħaġa waħda miegħu.#Rum 14,8-9; 1 Tess 4,14. 11Għalhekk farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin, kif qegħdin tagħmlu.#Ġuda 20.
L-aħħar kelma u tislijiet
12Nitolbukom, l-aħwa, isimgħu minn dawk li qegħdin jaħdmu f’nofskom, u li l-Mulej qegħedhom fuqkom biex iwissukom.#1 Kor 16,18; 1 Tim 5,17. 13Għożżuhom u ħobbuhom kemm tifilħu minħabba fil-ħidma tagħhom. Għixu fis-sliem bejnietkom. 14Aħna nħeġġukom, l-aħwa, biex twiddbu lill-għażżenin, tagħmlu l-qalb lill-beżżiegħa, tgħinu lid-dgħajfa, tistabru b’kulħadd.#2 Tess 3,6-15. 15Qisu li ħadd ma jrodd deni b’deni, imma fittxu dejjem il-ġid ta’ xulxin u ta’ kulħadd.#Prov 20,22; Rum 12,17; 1 Pt 3,9.
16Ifirħu dejjem,#Fil 4,4.
17itolbu bla heda,#Lq 18,1; Rum 12,12; Kol 4,2.
18iżżu ħajr lil Alla f’kollox.#Ef 5,20.
Dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù. 19Ixxekklux l-Ispirtu,#Ef 4,30. 20tmaqdrux il-profezija,#1 Kor 14,1-29. 21ippruvaw kollox: it-tajjeb żommuh,#1 Ġw 4,1. 22u, fuq kollox, warrbu kull xorta ta’ ħażen.#Ġob 1,1-8; 2,3.
23U Alla tas-sliem iqaddiskom f’kollox, u jżommkom sħaħ bla mittiefsa fl-ispirtu, fir-ruħ u fil-ġisem#5,23: Bla mittiefsa fl-ispirtu, fir-ruħ u fil-ġisem: jew: bla mittiefsa fil-persuna kollha tagħkom, ruħ u ġisem., sa ma jiġi Sidna Ġesù Kristu.#Rum 15,33; 2 Tess 3,16. 24Fidil hu Alla li sejħilkom, u huwa jagħmel dan.#1 Kor 1,9; 2 Tess 3,3.
25L-aħwa, itolbu wkoll għalina.#2 Tess 3,1.
26Sellu għall-aħwa kollha b’bewsa qaddisa.#Rum 16,16; 1 Kor 16,20.
27Bil-qawwa kollha nitlobkom f’ġieħ il-Mulej li taqraw din l-ittra lill-aħwa kollha.
28Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom.

Currently Selected:

1 TESSALONIKIN 5: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in