2 TESSALONIKIN 1
1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu u Silvanu u Timotju lill-knisja tat-Tessalonikin#1,1: Tessalonikin: belt fit-Tramuntana tal-Greċja, illum jisimha Salonika. Dwar il-miġja ta’ Pawlu f’din il-belt ara Atti 17,1-9; 1 Tess 2,1-2. li hi f’Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.#1 Tess 1,1. 2Il-grazzja u s-sliem lilkom minn Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu.#Rum 1,7.
Il-miġja ta’ Kristu u l-ġudizzju
3Aħna għandna dejjem niżżu ħajr lil Alla, l-aħwa, minħabba fikom, u hekk jixraq, għax il-fidi tagħkom qiegħda tikber fuq li tikber, u qiegħda toktor fostkom ilkoll l-imħabba li kull wieħed minnkom għandu għall-ieħor.#1 Tess 1,2; 2 Tess 2,13. 4Għalhekk aħna stess niftaħru bikom fil-knejjes ta’ Alla għas-sabar tagħkom u għall-fidi tagħkom fil-persekuzzjonijiet u t-tbatijiet kollha li intom għaddejjin minnhom.#1 Kor 7,4; 1 Tess 2,19; Apk 1,9. 5Minn dan jidher il-ħaqq ġust ta’ Alla, ħalli b’hekk tkun tixirqilkom is-Saltna ta’ Alla, li minħabba fiha qegħdin tbatu.#Lq 20,35; Fil 1,28; 1 Tess 2,12. 6Alla għad jagħmel is-sewwa, u jrodd it-tbatija lil dawk li qegħdin iġagħlukom issofru;#Rum 12,19; Apk 18,6-7. 7u għad iserraħ lilkom li qegħdin issofru, kif ukoll lilna, dak in-nhar li l-Mulej Ġesù jfeġġ mis-smewwiet imdawwar bl-anġli tal-qawwa tiegħu b’nar iħeġġeġ,#Żak 14,5; Mt 25,31; 1 Tess 3,13; 4,16. 8biex iħallas lil dawk li ma jagħrfux lil Alla, u ’l dawk li ma jobdux l-Evanġelju ta’ Sidna Ġesù.#S 79,6; Is 66,15; Ġer 10,25; Rum 2,8; 1 Pt 4,17. 9Dawn għad jitħallsu bil-piena tat-telfien ta’ dejjem, ’il bogħod minn wiċċ il-Mulej u mill-glorja tal-qawwa tiegħu,#Is 2,10; 19,21. 10dakinhar li jiġi biex jieħu l-glorja mingħand il-qaddisin tiegħu u l-ġieħ minn dawk kollha li jkunu emmnu, għax intom emmintu x-xhieda tagħna fostkom.#Kol 3,4; 1 Tess 3,13. 11Għalhekk aħna dejjem nitolbu għalikom li Alla tagħna jagħmilkom denji tas-sejħa tiegħu, u jagħmel li bil-qawwa tiegħu sseħħ kull rieda tajba tagħkom għall-ġid u kull ħidma tal-fidi tagħkom.#Kol 1,9. 12U hekk l-isem ta’ Sidna Ġesù Kristu jkun igglorifikat fikom u intom fih skont il-grazzja ta’ Alla tagħna u tal-Mulej Ġesù Kristu.#Is 24,15; 66,5; Mal 1,11.
Currently Selected:
2 TESSALONIKIN 1: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.