YouVersion Logo
Search Icon

1 SAMWEL 29

29
Kapitlu 29
Il-Filistin iwarrbu lil David
1U l-Filistin ġemgħu l-eżerċtu kollu f’Afek; u Iżrael waqqfu l-kamp ħdejn għajn f’Ġeżragħel.#1 Sam 4,1. 2Il-kbarat tal-Filistin kienu miexja f’ras ta’ mijiet u eluf; u David u n-nies tiegħu kienu miexja warajhom ma’ Akis. 3U l-kbarat tal-Filistin qalu: “X’ġew jagħmlu hawn dawn l-Għebrej?” U Akis wieġeb lill-kbarat tal-Filistin: “Dan hu David il-qaddej ta’ Sawl, is-sultan ta’ Iżrael, li ilu miegħi xi sena jew tnejn, u sa llum m’għandi xejn x’ingħid fih minn mindu sab ruħu għandi.”#1 Sam 27,7. 4Imma l-kbarat tal-Filistin inkurlaw għalih u qalulu: “Ibgħat lura lil dan il-bniedem ħa jmur joqgħod f’postu, fejn tajtu joqgħod int. Ma għandux jinżel magħna għall-gwerra, li ma jdurx kontrina fit-taqbida; u biex jingħoġob ma’ sidu, jekk mhux bl-irjus ta’ dawn in-nies?#1 Sam 14,21; 1 Kron 12,19-20. 5Dan mhux David li kienu jiżfnulu u jgħannulu:
‘L-eluf tiegħu qatel Sawl,
u David l-għaxriet tal-eluf tiegħu’?”#1 Sam 18,6-7; 21,11.
6Għalhekk Akis sejjaħ lil David u qallu: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej: Int raġel sewwa u togħġobni dieħel u ħiereġ miegħi fil-kamp tiegħi, u qatt ma sibt xejn ħażin fik minn mindu ġejt għandi sal-lum. Imma l-kbarat tal-Filistin ma jġibukx, u mhumiex jarawk sabiħ. 7Għalhekk erġa’ lura bis-sliem, biex ma toffendix il-kbarat tal-Filistin.”
8U David wieġeb lil Akis: “Imma x’għamilt jien? U int x’sibt ħażin fil-qaddej tiegħek minn mindu ġejt miegħek sal-lum, biex ma niġix nitqabad mal-għedewwa ta’ sidi s-sultan?” 9Akis wieġbu u qallu: “Naf li int raġel sewwa u togħġobni daqs anġlu ta’ Alla. Imma l-kbarat tal-Filistin qalu: ‘Ma jitlax magħna għall-ġlied.’#2 Sam 14,17. 10Għalhekk bakkar għada filgħodu, int u l-qaddejja ta’ sidek, li ġew miegħek, imbagħad morru lejn il-post li tajtkom tgħammru fih.”
11U David bakkar filgħodu kmieni, hu u n-nies tiegħu, biex jitilqu u jerġgħu lura lejn art il-Filistin. U l-Filistin telgħu Ġeżragħel.

Currently Selected:

1 SAMWEL 29: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in