YouVersion Logo
Search Icon

1 SAMWEL 18

18
Kapitlu 18
Il-ħbiberija ta’ David u Ġonatan
1Malli David spiċċa jitkellem ma’ Sawl, qalb Ġonatan intrabtet ma’ qalb David, u Ġonatan ħabbu bħalu nnifsu.#1 Sam 19,1-7; 20,17; 23,16; 2 Sam 1,26; 9,1. 2Dakinhar Sawl ħadu miegħu, u ma ħalliehx imur f’dar missieru.#1 Sam 16,21; 17,15. 3U Ġonatan u David għamlu patt bejniethom, għax kien iħobbu bħalu nnifsu. 4U Ġonatan neħħa l-mantar li kellu fuqu, u tah lil David, u tah ukoll l-armatura tiegħu, u saħansitra x-xabla u l-qaws u l-ħżiem li kellu.
5U David kien joħroġ għall-ġlied, u kull fejn kien jibagħtu Sawl kien jirbaħ. U Sawl qiegħdu fuq in-nies tal-gwerra. U kien miġjub min-nies kollha u mill-qaddejja kollha ta’ Sawl. 6Ġara li, meta David raġa’ lura wara li kien qatel il-Filisti,#Eż 15,20-21; Mħ 11,34; Ġdt 15,12. 7ħarġu n-nisa mill-ibliet kollha ta’ Iżrael bit-tnabar u bl-arpi, jgħajtu bil-ferħ, jgħannu u jiżfnu madwar is-sultan Sawl, jaqbżu u jwieġbu ’l xulxin:
“L-eluf tiegħu qatel Sawl;
u David l-għaxriet tal-eluf tiegħu.”#1 Sam 21,11-12; 29,5; Sir 47,6-7.
8Dan deher ikrah f’għajnejn Sawl, u saħan bis-sħiħ: “Lil David tawh għaxriet l-eluf,” qal, “u lili tawni l-eluf; ma jonqoshomx jagħtuh ħlief is-saltna!” 9U minn dakinhar ’il quddiem beda jarah ikrah lil David.
10L-għada, spirtu ħażin mibgħut minn Alla ħakem lil Sawl li ntilef f’dagħdigħa f’daru. David kien qiegħed idoqq l-arpa bħas-soltu, u Sawl kellu f’idejh il-lanza.#1 Sam 16,14; 19,9-10; 20,33; 22,6; 26,8. 11U beda jxejjirha u jgħajjat: “Irrid noqtol lil David, u nwaħħlu mal-ħajt!” Imma David żgiċċa minn quddiemu darbtejn.
12Sawl beda jibża’ minn David, għax il-Mulej kien miegħu u tbiegħed minn Sawl. 13U dan warrbu minn quddiemu billi qiegħdu kap ta’ elf ruħ; u David kien ħiereġ u dieħel quddiem il-poplu. 14David kien għaqli fl-imġiba tiegħu, għax il-Mulej kien miegħu.#Ġen 39,2. 15U meta Sawl kien jarah hekk għaqli, kien jibża’ minnu, 16imma Iżrael u Ġuda kollha kienu jħobbu ’l David, għax kien imexxihom fit-taqbid#18,16: Imexxihom fit-taqbid: fil-Lhudi “ħiereġ u dieħel”. Waħda mill-obbligazzjonijiet tas-slaten kienet li jmexxu l-eżerċtu tal-poplu; ara 1 Sam 8,20..#2 Sam 5,2.
17Sawl qal lil David: “Ara għandi ’l binti l-kbira Merab. Jien nagħtihielek b’martek, biss kun gwerrier qalbieni u ġġieled il-battalji tal-Mulej.” Għax Sawl qal bejnu u bejn ruħu: “Ma nerfax idi fuqu jien, iżda jerfgħuha l-Filistin.”#1 Sam 14,49; 17,25. 18U David qal lil Sawl: “Min jien, u min hi l-familja ta’ missieri fost Iżrael, biex inkun jien ħaten is-sultan?” 19Imma ġara li meta Merab bint Sawl kienet waslet għaż-żwieġ ma’ David, Sawl taha lil Għadrijel ta’ Meħola b’martu.#2 Sam 21,8.
20Mikal, bint Sawl, kienet tħobb lil David. Sawl qalulu b’dan u din il-ħaġa għoġbitu.#1 Sam 14,49; 25,44. 21U Sawl qal: “Nagħtihielu, iżda se tkunlu xibka, għax taqa’ fuqu id il-Filistin.” U Sawl qal lil David għat-tieni darba: “Illum int issir ħatni.” 22Sawl imbagħad ordna lill-qaddejja tiegħu jkellmu lil David bil-moħbi u jgħidulu: “Ara, is-sultan mgħaxxaq bik u l-qaddejja kollha tiegħu jħobbuk; għalhekk issa hu l-waqt li ssir ħaten is-sultan.” 23U l-qaddejja ta’ Sawl wasslu dan il-kliem f’widnejn David, u David wieġeb: “Taħsbu intom li hi ħaġa żgħira li tkun ħaten is-sultan? Jien bniedem fqir u ma jien xejn.” 24U l-qaddejja ta’ Sawl għarrfuh b’dan u qalulu: “Dan hu kliem David.”
25U Sawl weġibhom: “Dan jgħidu lil David: ‘Is-sultan ma jrid ebda rigal ieħor, ħlief mitt ħliefa tal-Filistin, biex jitħallas mill-għedewwa tas-sultan.’ ” Sawl kellu f’rasu li David jaqa’ f’idejn il-Filistin.#Ġen 34,12. 26U l-qaddejja ta’ Sawl wasslu dan il-kliem lil David. U din li jiżżewweġ lil bint is-sultan lil David għoġbitu.
Ma għaddiex ħafna żmien; 27David qam u ħareġ, hu u n-nies tiegħu, u qatel mitejn raġel mill-Filistin u ħa ħlifiethom, u mar jgħoddhom quddiem is-sultan biex jiżżewweġ lil bintu. U Sawl tah lil bintu Mikal b’martu.
28Sawl ra li l-Mulej kien ma’ David, u li Mikal bint Sawl#18,28: Mikal bint Sawl: Hawn qed insegwu l-oriġinal Lhudi. Il-verżjoni Griega flok “Mikal bint Sawl” fiha “Iżrael kollu” bħala s-suġġett tal-verb “ħabb” fit-tieni nofs tal-vers. kienet tħobbu. 29U baża’ minn David aktar minn qabel, u sar għadu tiegħu għal ħajtu kollha.
30U l-kapijiet tal-Filistin baqgħu joħorġu għall-ġlied, u kull darba li kienu joħorġu David kien joħroġ u juri ħila aktar mill-qaddejja kollha ta’ Sawl, u ismu kien jissemma ma’ kullimkien.

Currently Selected:

1 SAMWEL 18: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in