ħarġu n-nisa mill-ibliet kollha ta’ Iżrael bit-tnabar u bl-arpi, jgħajtu bil-ferħ, jgħannu u jiżfnu madwar is-sultan Sawl, jaqbżu u jwieġbu ’l xulxin:
“L-eluf tiegħu qatel Sawl;
u David l-għaxriet tal-eluf tiegħu.”
Dan deher ikrah f’għajnejn Sawl, u saħan bis-sħiħ: “Lil David tawh għaxriet l-eluf,” qal, “u lili tawni l-eluf; ma jonqoshomx jagħtuh ħlief is-saltna!”