U Sawl qal lil Ġonatan, ibnu, u ’l-qaddejja tiegħu biex joqtlu lil David; imma Ġonatan bin Sawl kellu qalbu marbuta ma’ David. Ġonatan għarraf lil David u qallu: “Sawl missieri qiegħed ifittex li joqtlok. Issa, mela, qis li tgħasses minn għada filgħodu, u sib xi moħba, u żomm ruħek moħbi.