1
MATTEW 12:36-37
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U ngħidilkom li l-bnedmin f’jum il-ħaqq għad iridu jagħtu kont ta’ kull kelma fiergħa li jkunu qalu, għax minn kliemek tkun iġġustifikat, u minn kliemek tkun ikkundannat.”
Compare
Explore MATTEW 12:36-37
2
MATTEW 12:34
Ja nisel il-lifgħat, kif tistgħu titkellmu tajjeb meta intom ħżiena? Għax mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm.
Explore MATTEW 12:34
3
MATTEW 12:35
Il-bniedem tajjeb joħroġ ħwejjeġ tajba mill-ħażna tat-tajjeb tiegħu; imma l-bniedem ħażin joħroġ ħwejjeġ ħżiena mill-ħażna tal-ħażen tiegħu.
Explore MATTEW 12:35
4
MATTEW 12:31
Għalhekk ngħidilkom li d-dnubiet kollha u d-dagħa kollu jinħafrilhom lill-bnedmin, imma d-dnub ta’ min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirx.
Explore MATTEW 12:31
5
MATTEW 12:33
“Intom tgħidu li siġra hi tajba jekk tagħmel frott tajjeb, u tgħidu li hi ħażina jekk tagħmel frott ħażin; għax is-siġra mill-frott tagħha tingħaraf.
Explore MATTEW 12:33
Home
Bible
Plans
Videos