1
MATTEW 11:28
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.
Compare
Explore MATTEW 11:28
2
MATTEW 11:29
Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.
Explore MATTEW 11:29
3
MATTEW 11:30
Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”
Explore MATTEW 11:30
4
MATTEW 11:27
“Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.
Explore MATTEW 11:27
5
MATTEW 11:4-5
Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar lill-foqra.
Explore MATTEW 11:4-5
6
MATTEW 11:15
Min għandu widnejn ħa jisma’!
Explore MATTEW 11:15
Home
Bible
Plans
Videos