1
MATTEW 13:23
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott; dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin.”
Compare
Explore MATTEW 13:23
2
MATTEW 13:22
Dak li nżera’ qalb ix-xewk huwa dak li jisma’ l-kelma iżda l-inkwiet żejjed għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid tal-art joħonqulu l-kelma, li għalhekk ma tagħmilx frott.
Explore MATTEW 13:22
3
MATTEW 13:19
Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija.
Explore MATTEW 13:19
4
MATTEW 13:20-21
Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ; imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel.
Explore MATTEW 13:20-21
5
MATTEW 13:44
“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.
Explore MATTEW 13:44
6
MATTEW 13:8
Imma oħrajn waqgħu f’art tajba, u għamlu l-frott, min mija, min sittin, u min tletin.
Explore MATTEW 13:8
7
MATTEW 13:30
Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: ‘Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi.’ ”
Explore MATTEW 13:30
Home
Bible
Plans
Videos