1
ĠENESI 26:3
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Oqgħod frustier f’din l-art, u jien inkun miegħek u nbierkek. Għax lilek u lil nislek nagħti dawn l-artijiet kollha, u jien intemm il-ħalfa li ħlift lil Abraham missierek.
Compare
Explore ĠENESI 26:3
2
ĠENESI 26:4-5
U jien inkattar lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema u lil nislek nagħtih dawn l-artijiet kollha. U jitbierku f’nislek il-ġnus kollha tal-art, għax Abraham sama’ minn kliemi u l-ordnijiet, it-twissijiet, il-kmandamenti u l-liġijiet tiegħi.”
Explore ĠENESI 26:4-5
3
ĠENESI 26:22
Għalhekk telaq minn hemm, u ħaffer bir ieħor u ma ġġildux għalih, u semmieh Reħobot, wisa’, għax qal: “Issa l-Mulej wessgħalna, u issa noktru fl-art.”
Explore ĠENESI 26:22
4
ĠENESI 26:2
U deherlu l-Mulej u qallu: “La tinżilx l-Eġittu; oqgħod fl-art li se ngħidlek.
Explore ĠENESI 26:2
5
ĠENESI 26:25
U hemm bena artal u sejjaħ isem il-Mulej, u hemm waqqaf l-għarix tiegħu. U l-qaddejja ta’ Iżakk ħaffru bir hemmhekk.
Explore ĠENESI 26:25
Home
Bible
Plans
Videos