1
ĠENESI 25:23
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U l-Mulej qalilha: “Hemm żewġ ġnus f’ġufek, u żewġ popli jinfirdu minn ġewwinik; u poplu jegħleb poplu ieħor, u l-kbir jaqdi liż-żgħir.”
Compare
Explore ĠENESI 25:23
2
ĠENESI 25:30
U Għesaw qal lil Ġakobb: “Ħallini niekol, jekk jogħġbok, minn dan l-ikel ħamrani għax jien għajjien. (Għalhekk bdew isejħulu Edom).
Explore ĠENESI 25:30
3
ĠENESI 25:21
U Iżakk talab lill-Mulej għal martu għax kienet sterili u l-Mulej sama’ talbu, u Rebekka martu tqalet.
Explore ĠENESI 25:21
4
ĠENESI 25:32-33
U Għesaw wieġbu: “Arani, jien se mmut. X’nagħmel biha din il-primoġenitura?” U Ġakobb qallu: “Aħlifli issa.” U ħaliflu, u b’hekk biegħ il-primoġenitura lil Ġakobb.
Explore ĠENESI 25:32-33
5
ĠENESI 25:26
U wara dan twieled ħuh, b’idu mqabbda ma’ għarqub Għesaw, u semmewh Ġakobb. U Iżakk kellu sittin sena meta tweldulu dawn.
Explore ĠENESI 25:26
6
ĠENESI 25:28
U Iżakk kien iħobb lil Għesaw, għax il-kaċċa kienet togħġbu, u Rebekka kienet tħobb lil Ġakobb.
Explore ĠENESI 25:28
Home
Bible
Plans
Videos