1
ĠENESI 27:28-29
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Jagħtik Alla min-nida tas-smewwiet, u mill-frott tal-art, kotra ta’ qamħ u nbid. Lilek għad jaqdu l-ġnus, u quddiemek imilu l-popli. Int tkun l-aqwa fost ħutek, u quddiemek imilu wlied ommok. Misħut minn jisħtek, imbierek min ibierkek.”
Compare
Explore ĠENESI 27:28-29
2
ĠENESI 27:36
U dak qallu: “Għalhekk mela jismu Ġakobb? Darbtejn qalagħni ’l barra: l-ewwel ħadli l-primoġenitura, u issa ħadli l-barka tiegħi.” U kompla jgħidlu: “U lili ma rfajtlix barka?”
Explore ĠENESI 27:36
3
ĠENESI 27:39-40
U Iżakk missieru wieġbu u qallu: “Ara, bla frott tal-art tkun għamartek, u ’l bogħod min-nida mill-għoli. Int tgħix fuq sejfek, u ’l ħuk għad taqdi. U meta tiġi biex tarfa’ rasek, int tkisser il-madmad tiegħu minn fuq għonqok u tfarfru minn fuqek.”
Explore ĠENESI 27:39-40
4
ĠENESI 27:38
U Għesaw qal lil missieru: “Mela barka waħda biss għandek, missier? Bierek lili wkoll, missier.” U Għesaw għolla karba u nfexx jibki.
Explore ĠENESI 27:38
Home
Bible
Plans
Videos