Logo de YouVersion
Ícono Búsqueda

ISAIJA 60

60
Kapitlu 60
Il-glorja ta’ Sijon
1Qum! Ħa jiddi wiċċek!
Id-dawl tiegħek wasal!
Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!#Is 45,14-19; Apk 21,9-27.
2Ara d-dlamijiet jiksu l-art,
u sħab iswed il-popli:
iżda fuqek jiddi l-Mulej,
u sebħu jfiġġ fuqek.#Eż 24,16; Is 9,1.
3Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek,
u s-slaten fid-dija ta’ sbiħek.#Is 42,6; 49,6; Apk 21,24.
4Għolli u dawwar għajnejk madwarek u ara:
ilkoll miġbura ġejjin għandek.
Uliedek ġejjin mill-bogħod,
u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn.#Is 49,18-22; Bar 5,5-6.
5Imbagħad tħares u wiċċek jiddi,
u tħabbat u timtela qalbek,
għax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid tal-ibħra,
u l-għana tal-ġnus jiġi għandek.#S 72,10.
6Imrieħel ta’ iġmla għad jgħattuk,
l-iġmla żgħar ta’ Midjan u Għefa;
ilkoll minn Saba jiġu,
mgħobbija bid-deheb u l-inċens,
u jxandru t-tifħir tal-Mulej.#Eż 2,15; 1 Slat 10; Mt 2,11.
7L-imrieħel kollha ta’ Kedar jinġabru fik,
u l-kbiex ta’ Nebajot jaqduk:
jilqgħuhom u joffruhom fuq l-artal tiegħi,
u jiena nsebbaħ dar il-kobor tiegħi.#Ġen 25,13.
8Min huma dawn li bħal sħab jittajru,
bħal ħamiem lejn il-bejtiet tagħhom?
9Iva, għalija jinġabru l-bastimenti tal-gżejjer,
bl-iġfna ta’ Tarsis#60,9: Bl-iġfna ta’ Tarsis: ara 48,8. quddiem nett,
biex iġibu ’l uliedek mill-bogħod,
u magħhom il-fidda u dehebhom,
f’ġieħ isem Jaħweh Alla tiegħek,
il-Qaddis ta’ Iżrael,
għax hu li sebbħek.#S 48,8; Is 55,5.
10U l-barranin jibnulek swarek,
u jaqduk is-slaten tagħhom,
għax jekk sawwattek fil-qilla tiegħi,
fil-ħniena tiegħi jien ħennejt għalik.#Is 49,17; 54,8.
11U l-bibien tiegħek ikunu miftuħin dejjem,
lejl u nhar ma jingħalqux,
biex jiġi għandek il-ġid tal-ġnus,
u s-slaten tagħhom miexja quddiem;#Apk 21,25-26.
12għax il-ġens u s-saltna li ma taqdikx tinqered:
ġnus bħal dawn jinqerdu għalkollox.
13Ġmiel il-Libanu#60,13: Ġmiel il-Libanu: iċ-ċedri tal-Libanu, injam prezzjuż. jiġi għandek,
iċ-ċipress u ċ-ċedru u l-bux magħhom,
għat-tiżjin tat-tempju mqaddes tiegħi,
u għas-sebħ ta’ mirfes riġlejja.#1 Slat 5,19-20; Is 35,2.
14U jiġu għandek rashom baxxa wlied dawk li ħaqruk,
u jinżlu wiċċhom fl-art quddiemek dawk li żebilħuk,
u jsejħulek: ‘Belt tal-Mulej’,
‘Sijon tal-Qaddis ta’ Iżrael’.#Is 1,26; 49,23; Apk 3,9.
15Għax kont mitluqa, u kienu jobogħduk,
u ħadd ma kien jgħaddi minnek,
nagħmlek kbira għal dejjem u l-għaxqa ta’ kull żmien.#Is 62,4-12; Eżek 16.
16Bħal tarbija terda’ ħalib il-ġnus,
u titmantna minn sider is-slaten,
biex tagħraf li jien il-Mulej, is-Salvatur tiegħek,
il-Feddej tiegħek, il-Qawwi ta’ Ġakobb.#Is 49,23-26.
17Minflok il-bronż, inġiblek id-deheb;
flok il-ħadid, il-fidda;
flok l-injam, il-bronż;
flok il-ġebel, il-ħadid.
U nagħmel is-Sliem it-tmexxija tiegħek,
u l-Ġustizzja l-ħakma tiegħek.#Is 1,26.
18Ma tinstemax aktar dnewwa f’artek,
u ħerba u qerda fi trufijietek;
swarek jissejħu: ‘Ħelsien’, u bwiebek: ‘Foħrija’.
19Ma ddawlekx aktar ix-xemx binhar,
u lanqas jiddi għalik il-qamar billejl,
għax il-Mulej ikunlek id-dawl għal dejjem
u Alla tiegħek ikun sebħek.#Apk 21,23; 22,5.
20Ma tinżilx aktar ix-xemx għalik u lanqas jgħib il-qamar,
għax il-Mulej ikun id-dawl tiegħek għal dejjem
u jintemmu l-jiem tal-vistu tiegħek.
21Kulħadd ikun ġust fil-poplu tiegħek
u jirtu l-art għal dejjem;
huma xitla li jien ħawwilt,
xogħol idejja għal foħriti.#Is 57,13.
22L-iżgħar fostkom isir tribù
u l-iċken isir ġens qawwi.
Jien il-Mulej,
li nfittex nagħmel dan kollu f’waqtu.#Ġen 12,2; 17,6.

Actualmente seleccionado:

ISAIJA 60: MB20

Destacar

Compartir

Copiar

None

¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión

Video de ISAIJA 60