Logo de YouVersion
Ícono Búsqueda

ISAIJA 58:4-5

ISAIJA 58:4-5 MB20

Araw, issumu bil-kwestjonijiet u l-ġlied u tidorbu bil-ponn bla ħaqq. Jekk issumu kif qegħdin issumu issa, leħinkom ma jinstamax fl-għoli. Jaqaw jien jogħġobni sawm bħal dan, jum biex bniedem jgħakkes lilu nnifsu? Biex ibaxxi rasu bħas-simar, u jimtedd fuq ix-xkora u r-rmied? Tgħidlu int dan sawm, jum jogħġob lill-Mulej?