Logo de YouVersion
Ícono Búsqueda

ISAIJA 53

53
Kapitlu 53
1Min kien jemmen dak li smajna,
u f’min intwera driegħ il-Mulej?#Is 52,10; Ġw 12,38; Rum 10,16.
2Bħal xitla kiber quddiemna,
u bħal għerq minn art niexfa.
Ebda sura ma kellu,
u ebda ġmiel biex inħarsu lejh,
jew xi sura biex nitgħaxxqu bih.#Is 11,1.
3Kien imżeblaħ u mwarrab mill-bnedmin,
bniedem li bata u kien jaf x’inhu l-mard,
bħal wieħed li n-nies jaħbu wiċċhom minnu,
bniedem imżeblaħ, u aħna xejn ma qisnieh.#Ġob 19,18; S 22,7-8; 31,11-13; Mk 9,11-13.
4Iżda hu rafa’ fuqu l-mard tagħna,
tgħabba bin-niket tagħna#53,4: Tgħabba bin-niket tagħna: għalkemm kien innoċenti, ħa fuq spallejh il-ħtijiet tal-bniedem u sofra għalina..
Aħna ħsibnieh bħal wieħed ikkastigat,
mitluq minn Alla u miġjub fix-xejn.#Ġer 10,19; Mt 8,17; Lhud 2,10.
5Iżda hu kien miġruħ minħabba fi dnubietna,
misħuq minħabba fi ħżunitna.
Għas-saħħa tagħna waqa’ l-kastig fuqu,
u bis-swat tiegħu sibna l-fejqan tagħna.#Rum 4,25; 1 Kor 15,3; 2 Kor 5,21; Gal 3,13; 1 Pt 2,24-25.
6Aħna lkoll bħal nagħaġ mitlufa,
kull wieħed minna qabad triq għal rasu.
U l-Mulej xeħet fuqu l-ħażen tagħna lkoll.#Lev 16,21-23; Eżek 34; 2 Kor 5,21; 1 Pt 2,24-25.
7Ħaqruh, u hu qagħad għalihom
bla biss ma fetaħ fommu;
bħal ħaruf meħud għall-qatla,
u bħal nagħġa mbikkma f’id min iġiżżha,
ma fetaħx fommu.#Ġer 11,19; Ġw 1,29; Atti 8,32-33; 1 Pt 2,23.
8Bil-forza u l-ħaqq#53,8: U l-ħaqq: b’kundanna inġusta. neħħewh;
u min qagħad jaħseb fuq xortih?
Iva, qaċċtuh mill-art tal-ħajjin,
minħabba fi dnub il-poplu tiegħi kien midrub.
9U tawh qabar mal-ħżiena,
u mal-għonja difnuh,
għalkemm ma għamel ebda deni,
u minn fommu ma ħareġ ebda qerq.#Mt 27,38-60; 1 Pt 2,22-23; 1 Ġw 3,5.
10Iżda l-Mulej għoġbu jgħakksu bil-mard.
Talli joffri ruħu b’sagrifiċċju ta’ riparazzjoni,
huwa għad jara nisel u jtawwal jiemu#53,10: Għad jara nisel u jtawwal jiemu: Alla jħallsu tal-ġid li għamel.;
u r-rieda tal-Mulej isseħħ bih.
11Wara t-tbatija tiegħu għad jara d-dawl#53,11: Jara d-dawl: ikollu l-hena.,
jixba’ bit-tagħrif tiegħu.
Il-Ġust jiġġustifika lill-qaddej tiegħu quddiem il-kotra,
u l-ħażen tagħhom jitgħabba bih hu.#Rum 3,26.
12Għalhekk nagħtih il-kotra b’sehmu,
u jkollu sehem fil-priża#53,12: Sehem fil-priża: l-ikla li kienet issir wara s-sagrifiċċju tas-sliem. mal-qalbenin,
għaliex hu offra ruħu għall-mewt,
u kien magħdud mal-midinbin.
Hu li neħħa l-ħtijiet tal-kotra,
u ndaħal għall-midinbin.#S 2,8; Mk 15,27; Lq 22,37; Ġw 1,29; Rum 4,25; 2 Kor 12,15; 1 Pt 2,24.

Actualmente seleccionado:

ISAIJA 53: MB20

Destacar

Compartir

Copiar

None

¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión