YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 7

7
Kapitlu 7
Ix-xbieha taż-żwieġ
1Ma tafux intom, l-aħwa - qiegħed nitkellem ma’ nies li jafu l-Liġi - li l-liġi taħkem bniedem sakemm jibqa’ ħaj? 2Hekk, il-mara miżżewġa hi marbuta bil-liġi ma’ żewġha sakemm hu jdum ħaj; jekk żewġha jmut tinħall mil-liġi ta’ żewġha. 3Għalhekk, sakemm żewġha jkun għadu ħaj, jekk tiżżewweġ raġel ieħor, tkun adultera. Jekk żewġha jmut hi tkun ħielsa minn dik il-liġi u jekk tiżżewweġ raġel ieħor, ma tkunx adultera.
4Hekk intom, l-aħwa, mittu għal-Liġi permezz tal-ġisem ta’ Kristu, biex intom tkunu ta’ ħaddieħor, jiġifieri, ta’ dak li kien imqajjem mill-imwiet, sabiex nagħmlu l-frott għal Alla.#Kol 2,14. 5Sakemm konna fil-ġisem#7,5: Konna fil-ġisem: hawn ġisem ifisser il-bniedem ilsir tad-dnub; l-istess fil-versi 18 u 25., il-ġibdiet tad-dnub kienu jaħkmu fina permezz tal-liġi fil-membri tal-ġisem tagħna biex nagħmlu l-frott għall-mewt.#Rum 5,21; 8,6-13. 6Issa aħna nħallejna mil-Liġi għax mitna għal dak li kien iżommna lsiera, biex issa nservu skont il-ħajja l-ġdida tal-Ispirtu u mhux aktar skont l-ittra l-qadima#7,6: L-ittra l-qadima: jiġifieri l-Liġi ta’ Mosè..#Rum 6,4; 8,2.
Il-jasar tad-dnub fina
7Xi ngħidu, mela? Li l-Liġi hi dnub? Ma jkun qatt! Imma ma kontx inkun naf x’inhu d-dnub, kieku ma kinitx il-Liġi; ma kontx inkun naf x’inhuma x-xewqat ħżiena kieku l-Liġi ma qaltlix: “Ma jkollokx xewqat ħżiena”.#Eż 20,17; Dt 5,21; Rum 13,9. 8Id-dnub ħa l-okkażjoni mill-kmandament u qajjem kull xorta ta’ passjoni fija. Mingħajr il-Liġi, id-dnub kien ikun ħaġa mejta.#Rum 5,13. 9Jien kont darba ngħix mingħajr il-Liġi, imbagħad ġie l-kmandament u d-dnub ħa r-ruħ. 10Jien mitt: il-kmandament li kien maħsub biex iġib il-ħajja, spiċċa biex ġiebli l-mewt.#Lev 18,5. 11Id-dnub ħa okkażjoni mill-kmandament biex qarraq bija u qatilni.#Ġen 3,13; Lhud 3,13. 12Il-Liġi hi qaddisa u l-kmandament hu qaddis, ġust u tajjeb.#1 Tim 1,8.
13Mela dak li hu tajjeb sar mewt għalija? Ma jkun qatt! Iżda d-dnub, biex jurini li hu dnub, ġiebli l-mewt b’dak li hu tajjeb biex permezz tal-kmandament id-dnub jurini sa fejn jasal il-ħażen tad-dnub.#Rum 5,20. 14Nafu li l-Liġi hi spiritwali, imma jien tad-demm u l-laħam mibjugħ lid-dnub.#S 51,7; Ġw 3,6. 15Ma nafx x’jien nagħmel; naf li mhux dak li rrid nagħmel iżda dak li ma rridx. 16Jekk nagħmel dak li ma rridx, naqbel mal-Liġi li hi tajba. 17Issa mela mhux aktar jien li qiegħed nagħmel dan iżda d-dnub li hemm jgħammar ġewwa fija. 18Naf li t-tajjeb ma jgħammarx fija, jiġifieri f’ġismi. Ir-rieda tajba qiegħda hemm fija, imma li nagħmel it-tajjeb mhux hemm.#Gal 5,17; Ġak 4,1; 1 Pt 2,11. 19M’iniex nagħmel it-tajjeb li rrid, imma qiegħed nagħmel il-ħażin li ma rridx. 20Jekk jien nagħmel sewwasew dak li ma rridx, mhux jien mela qiegħed nagħmlu iżda d-dnub li hemm jgħammar fija. 21Inħoss din il-liġi ġewwa fija: meta rrid nagħmel it-tajjeb, ifeġġ quddiemi l-ħażin. 22Skont il-bniedem ta’ ġewwa#7,22: Il-bniedem ta’ ġewwa: jiġifieri l-element spiritwali u intelliġenti tal-bniedem. togħġobni l-liġi ta’ Alla; 23iżda nilmaħ fil-membri ta’ ġismi liġi oħra titqabad kontra l-liġi ta’ moħħi u tjassarni taħt il-liġi tad-dnub li hemm ġo ġismi. 24Imsejken bniedem li jien! Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt? 25Niżżi ħajr lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna!#1 Kor 15,57.
Mela minni nnifsi jien naqdi lil-liġi ta’ Alla b’moħħi, iżda b’ġismi naqdi l-liġi tad-dnub.

Currently Selected:

RUMANI 7: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in