YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 27

27
Kapitlu 27
Il-vjaġġ ta’ Pawlu għal Ruma
1Meta qatgħuha li kellna nitilqu għall-Italja, ħallew lil Pawlu u ’l xi ħabsin oħra f’idejn ċenturjun#27,1: Ċenturjun: ara nota Mk 15,39. Riġment: ara nota Mk 15,16. tar-riġment tal-imperatur, jismu Ġulju.#Atti 25,12. 2Tlajna fuq ġifen ta’ Adramitti#27,2: Adramitti: port fix-xatt tal-Asja Minuri, qrib Troas., li kien se jitlaq għall-inħawi tal-Asja, u qlajna ’l barra. Kellna magħna lil Aristarku minn Tessalonika tal-Maċedonja.#Atti 19,29; 20,4. 3L-għada wasalna Sidon. Ġulju mexa tajjeb ma’ Pawlu, u ħallieh imur għand ħbiebu biex jagħtuh li kellu bżonn.#Atti 24,23; 28,2. 4Tlaqna minn hemm u mxejna għall-irdoss ta’ Ċipru, għax l-irjieħ kienu kontrina. 5Imbagħad qsamna l-baħar lejn in-naħa taċ-Ċiliċja u tal-Pamfilja u wasalna Mira f’Liċja. 6Hemm iċ-ċenturjun sab ġifen minn ta’ Lixandra li kien sejjer l-Italja, u tellagħna fuqu. 7Għal ħafna jiem imxejna bil-mod, u bit-tbatija wasalna biswit Knidu. Billi l-irjieħ ma ħallewniex nersqu ’l ġewwa, għaddejna għall-irdoss ta’ Kreta lejn in-naħa ta’ Salmoni. 8Wara li mxejna magħha bit-tbatija, wasalna f’post, imsejjaħ il-Portijiet is-Sbieħ, li kien qrib il-belt ta’ Lasaja.
9Kien għadda ħafna żmien u s-safar kien ġa sar perikoluż#27,9: Sar perikoluż: bejn Settembru u Frar l-ibħra kienu jkunu magħluqa, jiġifieri n-nies ma kinux ibaħħru minħabba l-maltemp. Jum is-sawma: is-sawma ta’ Jum il-Maħfra fil-bidu tal-ħarifa, għall-ħabta ta’ Settembru/Ottubru., għax Jum is-Sawm kien ġa għadda. Għalhekk Pawlu wissiehom#2 Kor 11,26. #Lev 16,29. 10u qalilhom: “Ħbieb, qiegħed nara li s-safra se tkun ta’ ħsara u telf kbir, mhux biss għat-tagħbija u l-ġifen, imma għal ħajjitna wkoll.”#Atti 27,22. 11Imma ċ-ċenturjun aktar qagħad għal dak li qallu l-kaptan u sid il-ġifen milli għal dak li qal Pawlu. 12Billi l-port ma kienx tajjeb biex ngħaddu x-xitwa fih, il-biċċa l-kbira kienu tal-fehma li naqilgħu ’l barra minn hemm biex forsi nkunu nistgħu naslu Feniċi, port ta’ Kreta, li jħares lejn il-Lbiċ u l-Majjistral, u ngħaddu x-xitwa hemm.
It-tempesta fil-baħar
13U billi qamet żiffa min-naħa tan-Nofsinhar, stħajlu li kienu se jilħqu l-ħsieb tagħhom. Refgħu l-ankra u mxew max-xatt ta’ Kreta. 14Imma f’daqqa waħda qam riefnu qawwi, jgħidulu Grigal, u beda jonfoħ min-naħa tal-gżira. 15Il-ġifen inqabad u ma setax iżomm kontra r-riħ; u aħna ntlaqna għall-qawwa tar-riħ u ħallejnieh iġorrna. 16B’ġirja waħda għaddejna taħt ir-riħ ta’ daqsxejn ta’ gżira jisimha Kawda. Bilkemm stajna nżommu d-dgħajsa warajna, 17u għalhekk tellgħuha mill-baħar. Imbagħad qabdu l-armar u rabtu l-ġifen dawramejt biċ-ċimi, niżżlu l-qlugħ għax beżgħu li ninkaljaw fuq is-Sirti#27,17: Is-Sirti: ix-xtut tal-Libja. Qabdu l-armar: it-test Grieg hu ambigwu; jista’ jfisser il-qlugħ, it-tagħmir kollu, l-armar, jew l-ankra tgħum taħt l-ilma biex iżżomm il-ġifen fid-direzzjoni tar-riħ u tnaqqaslu l-mixi., u hekk ħallejna l-mewġ iġorrna miegħu. 18L-għada t-tempesta ħabbtitna ħafna, bdew iwaddbu t-tagħbija l-baħar, 19u fit-tielet jum irmew it-tagħmir tal-ġifen b’idejhom stess. 20Għal ħafna jiem la dehret xemx u lanqas kwiekeb; it-tempesta li qabditna ma kinitx ħafifa, hekk li fl-aħħar tlifna kull tama li nsalvaw.
21In-nies kienu ilhom ħafna ma jieħdu xi ħaġa biex jitrejqu; Pawlu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Ħbieb, kien imisskom smajtu minni u ma tlaqtux minn Kreta; kontu teħilsu minn din il-ħsara u dan it-telf. 22Imma issa nwissikom biex tagħmlu l-qalb, għax ħadd minnkom mhu se jitlef ħajtu; il-ġifen biss jintilef.#Atti 27,10-31. 23Għax dal-lejl deherli anġlu ta’ dak Alla li tiegħu jien u li lilu nqim, 24u qalli, ‘Tibżax, Pawlu. Jeħtieġ li inti tidher quddiem Ċesari; ara, Alla tak il-grazzja li dawk kollha li qegħdin jivvjaġġjaw miegħek isalvaw.’#Atti 23,11. 25Mela qawwu qalbkom, ħbieb. Jien nemmen f’Alla li hekk isir, sewwasew kif ħabbarli. 26Jinħtieġ iżda li naħbtu ma’ gżira.”#Atti 28,1.
27Meta wasal l-erbatax-il lejl, konna ninsabu mitfugħin ’l hawn u ’l hemm fil-baħar ta’ Adrija#27,27: Adrija: il-Mediterran ċentrali bejn Sqallija u l-Greċja.. Għall-ħabta ta’ nofs il-lejl il-baħrin ħassew li konna resqin qrib xi art. 28Skandaljaw il-fond tal-baħar, u sabu għoxrin qama; imxejna ftit ieħor ’il quddiem, reġgħu skandaljaw, u sabu ħmistax. 29Huma beżgħu li xi mkien konna se naħbtu ma’ xi skoll, u għalhekk niżżlu erba’ ankri mill-poppa. Ix-xewqa tagħhom kienet li ma jdumx ma jisbaħ. 30Il-baħrin bdew ifittxu li jaħarbu mill-ġifen, u niżżlu dgħajsa l-baħar bħallikieku biex idendlu xi ankri mill-pruwa. 31Iżda Pawlu qal liċ-ċenturjun u lis-suldati: “Jekk dawn ma jibqgħux fuq il-ġifen, intom ma tistgħux issalvaw.”#Atti 27,22. 32Imbagħad is-suldati qaċċtu l-ħbula tad-dgħajsa u ħallewha tmur għal riħha.
33Meta sar il-ħin biex jisbaħ, Pawlu qabad jagħmel il-qalb lil kulħadd biex jitrejqu b’xi ħaġa, u qalilhom: “Issa ġa ilkom erbatax-il ġurnata tistennew sajmin u ma dduqu xejn. 34Għalhekk agħmlu l-qalb u trejqu b’xi ħaġa tal-ikel; dan jiswielkom għal saħħitkom, għax ħadd minnkom mhu se jitlef xagħra waħda minn rasu.”#2 Sam 14,11; Mt 10,30; Lq 12,7. 35Kif qal dan, qabad il-ħobż, radd il-ħajr lil Alla quddiem kulħadd, qasam u beda jiekol.#Mt 15,36; Mk 8,6; Lq 22,19; 1 Kor 11,23-24. 36Imbagħad kulħadd għamel il-qalb, u ħadu xi ħaġa tal-ikel huma wkoll. 37Konna b’kollox mitejn u sitta u sebgħin ruħ fuq il-ġifen. 38Wara li xebgħu, bdew iħeffu l-ġifen u jwaddbu l-qamħ il-baħar.
In-nawfraġju ta’ Pawlu f’Malta
39Xħin imbagħad sebaħ, l-art ma għarfuhiex; lemħu biss bajja bi xtajta fiha, u qatgħuha li, jekk jistgħu, jitfgħu l-ġifen fuqha. 40Irħew l-ankri u telquhom il-baħar, u ħallew ukoll l-irbit tat-tmun. Imbagħad tellgħu l-qala’ ż-żgħir ta’ quddiem għar-riħ u rħewlha lejn ix-xtajta. 41Iżda ħbatna ma’ sikka bejn żewġ kurrenti, u l-baħrin waħħlu l-ġifen fuqha. Il-pruwa baqgħet imwaħħla sewwa fil-post u ma tħarrkitx iżjed, imma l-poppa bdiet titfarrak bil-qilla tal-mewġ.#Atti 27,22. 42Is-suldati riedu kieku joqtlu l-priġunieri, li ma jmurx jaħrab xi ħadd minnhom bil-għawm; 43iżda ċ-ċenturjun, li ried isalva ’l Pawlu, ma ħalliex il-ħsieb tagħhom iseħħ. Lil dawk li kienu jafu jgħumu ordnalhom jintefgħu huma l-ewwel il-baħar u jmorru l-art; 44lill-oħrajn ordnalhom jilħqu x-xatt, min fuq twavel u min fuq bċejjeċ imkissra tal-ġifen. U hekk kulħadd qabad l-art qawwi u sħiħ.#Atti 27,22.24.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 27: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in