YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 23

23
Kapitlu 23
1Pawlu ta ħarsa lejn is-Sinedriju u qal: “ L-aħwa, jien sallum imxejt quddiem Alla b’kuxjenza safja għalkollox.”#Atti 24,16. 2Imma Ħananija#23,2: Ħananija: il-qassis il-kbir; kien fil-kariga mis-sema 47 sas-sena 59 WK., il-qassis il-kbir, ordna lil dawk li kienu ħdejh biex jagħtuh daqqa fuq ħalqu.#Ġw 18,22-23. 3Imbagħad Pawlu qallu: “Din id-daqqa Alla għad jagħtiha lilek, ja ħajt imbajjad! Int, li qiegħed hemm biex tagħmel ħaqq minni skont il-Liġi, tordna li niġi msawat kontra l-Liġi?”#Lev 19,15. 4Dawk li kienu ħdejh qalulu: “Int hekk tkasbru lill-qassis il-kbir ta’ Alla?” 5Pawlu wieġeb: “Ma kontx naf, l-aħwa, li hu l-qassis il-kbir; għax hemm miktub, ‘Tgħidx il-ħażin fuq il-kap tal-poplu tiegħek.’ ”#Eż 22,27.
6Issa Pawlu kien jaf li xi wħud kienu min-naħa tas-Sadduċej u oħrajn min-naħa tal-Fariżej. Għalhekk għajjat fis-Sinedriju: “L-aħwa, jien Fariżew u bin il-Fariżej; hu għalhekk li qiegħed isir ħaqq minni, minħabba t-tama fil-qawmien minn bejn l-imwiet.”#Atti 4,2; 24,5-21; 26,5; Fil 3,5. 7Kif qal hekk, qamet tilwima bejn il-Fariżej u s-Sadduċej, u l-ġemgħa nqasmet. 8Għax is-Sadduċej jgħidu li la hemm qawmien minn bejn l-imwiet, la anġli u lanqas spirti; waqt li l-Fariżej jistqarru dan kollu.#Mt 22,23. 9Imbagħad qam storbju kbir; xi kittieba tan-naħa tal-Fariżej qamu u bdew jeħduha bil-qawwa kollha mal-oħrajn u jgħidu: “Aħna ma nsibu xejn ħażin f’dan il-bniedem. Min jaf kellmux xi spirtu jew anġlu?”#Lq 23,4-22; Ġw 18,38; 19,4-6; Atti 25,25. 10It-tilwim aktar kiber, u għalhekk il-fizzjal, billi beża’ li se jtertqu lil Pawlu, ordna lis-suldati jinżlu jaħtfuh minn nofshom u jeħduh il-fortizza.
11Fil-lejl ta’ wara, il-Mulej deherlu u qallu: “Agħmel il-qalb! Kif tajt xhieda għalija f’Ġerusalemm, hekk ukoll jeħtieġ li tagħti xhieda f’Ruma.”#Atti 18,9; 18,21; 27,24; 28,16-23.
Komplott biex joqtlu lil Pawlu
12Xħin sebaħ, il-Lhud iltaqgħu bejniethom u ħalfu li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma joqtlu lil Pawlu. 13Kienu aktar minn erbgħin dawk li għamlu dan il-komplott. 14Marru għand il-qassisin il-kbar u għand ix-xjuħ u qalulhom: “Aħna ħlifna fuq li ħlifna li ma nduqu xejn qabel ma noqtlu lil Pawlu.#Atti 23,6-9; 25,18-19; 26,31; 28,18. 15Mela issa, intom ftiehmu mas-Sinedriju, u għidu lill-fizzjal biex iniżżlu għandkom bl-iskuża li tridu tistħarrġu l-każ tiegħu aktar bir-reqqa; aħna mbagħad lesti biex noqtluh qabel ma jasal.” 16Imma t-tifel ta’ oħt Pawlu sama’ bin-nasba tagħhom. Mar il-fortizza, daħal u għarraf lil Pawlu. 17Għalhekk Pawlu sejjaħ wieħed miċ-ċenturjuni u qallu: “Ħu lil dan iż-żagħżugħ għand il-fizzjal, għax għandu xi ħaġa xi jgħidlu.” 18Dak ħadu miegħu għand il-fizzjal u qallu: “Pawlu, il-priġunier, sejjaħli u talabni biex inġib quddiemek lil dan iż-żagħżugħ, għax għandu xi ħaġa xi jgħidlek.” 19Il-fizzjal qabad iż-żagħżugħ minn idu, ħadu fil-ġenb u staqsieh: “X’għandek xi tgħidli?” 20Iż-żagħżugħ wieġeb: “Il-Lhud ftiehmu bejniethom li jitolbuk biex għada tniżżel lil Pawlu quddiem is-Sinedriju, bl-iskuża li jridu jistħarrġu l-każ tiegħu aktar bir-reqqa. 21Iżda int temminhomx. Hemm aktar minn erbgħin wieħed minnhom għassa għalih, għax ħalfu li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma joqtluh; issa huma lesti u qegħdin jistennew il-kelma tiegħek.” 22Imbagħad il-fizzjal bagħat iż-żagħżugħ u wissieh: “Tgħid lil ħadd li għedtli b’dan.”
Pawlu mibgħut għand il-gvernatur Feliċ
23Imbagħad sejjaħ żewġ ċenturjuni u qalilhom: “Lestu mitejn suldat biex imorru Ċesarija, u sebgħin kavallier u mitejn suldat ieħor bil-lanza, biex jitilqu fid-disgħa ta’ billejl. 24U aħsbu wkoll għall-bhejjem biex trikkbu lil Pawlu u twassluh qawwi u sħiħ għand Feliċ, il-gvernatur#23,24: Feliċ, il-gvernatur: kien fil-kariga mis-sena 52 sas-sena 59/60 WK..” 25U kiteb ittra b’dan li ġej: 26“Klawdju Lisja lill-eċċellenza tiegħu l-gvernatur Feliċ. Is-sliem! 27Dan ir-raġel qabduh il-Lhud u kienu se joqtluh. Jien mort bis-suldati u ħlistu minn taħt idejhom, għax sirt naf li hu ċittadin Ruman.#Atti 21,30-33; 22,27. 28Billi ridt inkun naf sewwa l-għala kienu qegħdin jixluh, niżżiltu quddiem is-Sinedriju tagħhom,#Atti 22,30. 29u sibt li kienu qegħdin jixluh fuq xi kwistjonijiet tal-liġi tagħhom, imma li ma hemm xejn li jistħoqqlu l-mewt jew il-ktajjen.#Atti 18,14-15. 30Billi qaluli li kien hemm komplott kontra tiegħu min-naħa tagħhom, jiena bgħattu għandek, u lil dawk li xlewh għedtilhom biex jgħidu lilek x’għandhom kontra tiegħu.”#Atti 24,5-8; 25,5.
31Is-suldati ħadu lil Pawlu skont l-ordni li kellhom u wassluh billejl sa Antipatris. 32L-għada ħallewh f’idejn il-kavallerija biex jibqgħu sejrin bih, u huma reġgħu lura lejn il-fortizza. 33L-oħrajn, xħin waslu Ċesarija, taw l-ittra lill-gvernatur u ġiebu lil Pawlu quddiemu. 34Il-gvernatur qara l-ittra u staqsa minn liema provinċja kien. Kif sar jaf li kien miċ-Ċiliċja,#Atti 22,3. 35qallu: “Nisimgħek sewwa meta jiġu jixluk hawnhekk.” Imbagħad ordna li jeħduh l-għassa fil-pretorju ta’ Erodi#23,35: Fil-pretorju ta’ Erodi: il-palazz mibni minn Erodi l-Kbir li fih kien joqgħod il-Gvernatur Ruman..

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 23: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in