YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 5

5
Kapitlu 5
Kundanna taż-żina
1Kulħadd sama’ li hemm iż-żina#5,1: Żina: il-kelma Griega porneia tfisser kull xorta ta’ diżordni sesswali, u, f’sens legali ritwali, żwieġ ħażin fil-gradi tal-konsangwinità pprojbiti mil-Liġi ta’ Mosè; ara wkoll Mt 19,9 u Atti 15,20. fostkom, u żina li anqas issibha fost il-pagani; jiġifieri li wieħed ikollu l-mara ta’ missieru#5,1: Ikollu l-mara ta’ missieru: jiġifieri t-tieni mara ta’ missieru kontra l-Liġi Lhudija (Lev 18,8) u l-liġi Rumana.!#Lev 18,7-8; Dt 27,20. 2U intom titkabbru! U mhux aħjar li bkejtu, biex dak li għamel dan il-ħażen jitwarrab minn fostkom? 3Jiena, ngħid għalija, imbiegħed mill-ġisem imma magħkom bl-ispirtu, ġa għamilt ħaqq minn min għamel dan, bħallikieku kont fostkom,#Kol 2,5. 4fl-isem ta’ Sidna Ġesù. Meta tiltaqgħu fil-ġemgħa, intom u l-ispirtu tiegħi bil-qawwa ta’ Sidna Ġesù#Mt 16,19; 18,18; 2 Kor 13,10. 5itilqu lil dan il-bniedem f’idejn ix-Xitan#5,5: Itilqu lil dan il-bniedem f’idejn ix-Xitan: jiġifieri tkeċċija mqar għal ftit mill-komunità nisranija; ara 1 Tim 1,20. għall-qerda ta’ ġismu, biex ruħu tkun salva f’Jum il-Mulej.#1 Tim 1,20; 1 Pt 4,6. 6Xejn ma hu sabiħ il-ftaħir tagħkom! Ma tafux li ftit ħmira ttalla’ l-għaġna kollha?#Gal 5,9. 7Tnaddfu mill-ħmira l-qadima ħalli tkunu għaġna ġdida, kif intom bla ħmira. Il-Ħaruf tal-Għid tagħna, li hu Kristu, hu maqtul.#Eż 12,21; 13,7; 16,3. 8Nagħmlu festa, mhux bil-ħmira l-qadima, anqas bil-ħmira tal-qerq u tal-ħażen, imma bil-ħobż bla ħmira tas-safa u tas-sewwa#5,8: Bla ħmira tas-safa u tas-sewwa: allużjoni għall-użanza tal-Lhud li kienu jneħħu l-ħmira mid-dar għall-festa tal-Għid; imbagħad kienu jagħmlu ħmira ġdida meta tgħaddi l-festa..#Eż 12,3-20; 13,7; Dt 17,7; 19,19; 22,21-24; 24,7.
9Ktibtilkom fl-ittra li ma tagħmluhiex maż-żienja;#Mt 18,17; 2 Tess 3,14. 10mhux li ma jkollkom xejn x’taqsmu maż-żienja ta’ din id-dinja, mar-rgħiba, jew ħallelin, jew idolatri; għax inkella jkollkom toħorġu mid-dinja. 11Imma bħalissa qiegħed niktbilkom biex ma tagħmluhiex ma’ min jissejjaħ ħukom u jkun hu żieni, rgħib, idolatra jew insolenti, sikran jew ħalliel: ma’ dan lanqas biss tieklu ma għandkom.#2 Tess 3,6; Tit 3,10; 2 Ġw 10. 12Jaqaw jien għandi nagħmel ħaqq mill-barranin? Mhux minn dawk ta’ ġewwa tagħmlu intom il-ħaqq? 13Il-barranin jagħmel ħaqq minnhom Alla. Neħħu l-bniedem il-ħażin minn ġo nofskom.#Is 53,7; 1 Pt 1,19.

Currently Selected:

1 KORINTIN 5: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in