YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 6

6
Kapitlu 6
Mejta għad-dnub, ħajja fi Kristu
1Xi ngħidu mela? Nibqgħu fid-dnub biex toktor il-grazzja?#Rum 3,5-8. 2Ma jkun qatt! Aħna li mitna għad-dnub kif nistgħu ngħixu fih?#1 Pt 4,1. 3Ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù, tgħammidna fil-mewt tiegħu#6,3: Tgħammidna fil-mewt tiegħu: fi żmien l-Appostlu min jitgħammed kien jogħdos bħallikieku ndifen fl-ilma, bħalma Kristu kien midfun fil-qabar.?#Gal 3,27. 4Indfinna miegħu fil-mewt permezz tal-magħmudija sabiex kif Kristu kien imqajjem mill-imwiet permezz tal-qawwa glorjuża tal-Missier, hekk aħna ngħixu ħajja ġdida.#Kol 2,12.
5Jekk aħna sirna ħaġa waħda miegħu f’mewt tixbah lil tiegħu, hekk ningħaqdu miegħu fil-qawmien tiegħu mill-mewt.#Fil 3,10-11. 6Dan nafu: li l-bniedem il-qadim tagħna ssallab miegħu, biex jinqered dan il-ġisem tad-dnub#6,6: Dan il-ġisem tad-dnub: hawn il-ġisem ifisser il-persuna sħiħa tal-bniedem li jaġixxi permezz tal-ġisem; ara 12,1., sabiex ma nkunux aktar ilsiera tad-dnub.#Gal 5,24. 7Min imut, jeħles mid-dnub.#1 Pt 4,1. 8Jekk aħna mitna ma’ Kristu, nemmnu wkoll li għad ngħixu ma’ Kristu. 9Nafu li Kristu qam mill-imwiet u ma jmutx aktar; il-mewt ma għadhiex taħkem fuqu. 10Hu li miet, miet darba għal dejjem għad-dnub; u issa li qiegħed jgħix, qiegħed jgħix għal Alla.#Gal 2,19; Lhud 9,26-28; 1 Pt 3,18. 11Hekk ukoll intom għandkom tqisu lilkom infuskom mejtin għad-dnub, iżda ħajjin għal Alla fi Kristu Ġesù.#2 Kor 5,15; 1 Pt 2,24.
12Tħallux, mela, li d-dnub isaltan fuq dan il-ġisem tagħkom li jmut u toqogħdu għall-ġibdiet tiegħu;#Ġen 4,7. 13anqas ma għandkom tħallu l-membri ta’ ġisimkom isiru għodda biex tagħmlu l-ħażen għas-servizz tad-dnub; imma offru ruħkom lil Alla bħala nies li reġgħu mill-mewt għall-ħajja ħalli l-membri ta’ ġisimkom isiru għodda biex tagħmlu t-tajjeb għas-servizz ta’ Alla għall-ġustizzja tagħkom.#Rum 12,1; Ef 2,5; 5,14. 14Għax lilkom id-dnub ma għandux jaħkimkom, ladarba m’intomx tgħixu taħt il-Liġi, imma taħt il-grazzja.#1 Ġw 3,6.
Ilsiera tal-ġustizzja
15X’nagħmlu, mela? Ladarba m’aħniex taħt il-Liġi imma taħt il-grazzja, allura għandna nidinbu? Ma jkun qatt!#Rum 5,17-21. 16Ma tafux li jekk intom toffru ruħkom lil xi ħadd b’ilsiera biex tobduh, ta’ min tobdu tkunu l-ilsiera, kemm jekk dan ikun id-dnub, li jwassal għall-mewt, u kemm jekk tkun l-ubbidjenza li twassal għall-ġustifikazzjoni#6,16: L-ubbidjenza li twassal għall-ġustifikazzjoni: jiġifieri, ta’ Alla li tobduh.?#Ġw 8,34; 2 Pt 2,19. 17Imma niżżu ħajr lil Alla: intom kontu lsiera tad-dnub, imma issa obdejtu minn qalbkom dik il-kwalità ta’ tagħlim li ngħatalkom biex timxu fuqu; 18infdejtu minn taħt id-dnub, imma tjassartu għall-ġustizzja.#Ġw 8,32. 19Qiegħed nitkellem magħkom ta’ bnedmin li aħna, għax in-natura tagħkom dgħajfa. Bħalma l-membri ta’ ġisimkom kontu jassartuhom għaż-żina u l-ħażen, hekk issa dawn l-istess membri jassruhom għall-ġustizzja biex tkunu qaddisin. 20Meta kontu lsiera tad-dnub, kontu ħielsa f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġustizzja. 21Xi frott ħsadtu dak iż-żmien mill-ħwejjeġ li issa qegħdin iħammrulkom wiċċkom? It-tmiem ta’ dawk il-ħwejjeġ hija l-mewt.#Eżek 16,61-63; Rum 7,5; 8,6-13. 22Imma issa li ħlistu mid-dnub u sirtu lsiera ta’ Alla, qegħdin taħsdu għalikom frott li jwassal għall-qdusija, u għandkom bħala tmiem il-ħajja ta’ dejjem.#1 Pt 1,9. 23Għax il-ħlas tad-dnub hu l-mewt, imma d-don li tana Alla huwa l-ħajja ta’ dejjem fi Kristu Ġesù Sidna.#Rum 5,12-15.

Currently Selected:

RUMANI 6: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in