1
RUMANI 6:23
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Għax il-ħlas tad-dnub hu l-mewt, imma d-don li tana Alla huwa l-ħajja ta’ dejjem fi Kristu Ġesù Sidna.
Compare
Explore RUMANI 6:23
2
RUMANI 6:14
Għax lilkom id-dnub ma għandux jaħkimkom, ladarba m’intomx tgħixu taħt il-Liġi, imma taħt il-grazzja.
Explore RUMANI 6:14
3
RUMANI 6:4
Indfinna miegħu fil-mewt permezz tal-magħmudija sabiex kif Kristu kien imqajjem mill-imwiet permezz tal-qawwa glorjuża tal-Missier, hekk aħna ngħixu ħajja ġdida.
Explore RUMANI 6:4
4
RUMANI 6:13
anqas ma għandkom tħallu l-membri ta’ ġisimkom isiru għodda biex tagħmlu l-ħażen għas-servizz tad-dnub; imma offru ruħkom lil Alla bħala nies li reġgħu mill-mewt għall-ħajja ħalli l-membri ta’ ġisimkom isiru għodda biex tagħmlu t-tajjeb għas-servizz ta’ Alla għall-ġustizzja tagħkom.
Explore RUMANI 6:13
5
RUMANI 6:6
Dan nafu: li l-bniedem il-qadim tagħna ssallab miegħu, biex jinqered dan il-ġisem tad-dnub, sabiex ma nkunux aktar ilsiera tad-dnub.
Explore RUMANI 6:6
6
RUMANI 6:11
Hekk ukoll intom għandkom tqisu lilkom infuskom mejtin għad-dnub, iżda ħajjin għal Alla fi Kristu Ġesù.
Explore RUMANI 6:11
7
RUMANI 6:1-2
Xi ngħidu mela? Nibqgħu fid-dnub biex toktor il-grazzja? Ma jkun qatt! Aħna li mitna għad-dnub kif nistgħu ngħixu fih?
Explore RUMANI 6:1-2
8
RUMANI 6:16
Ma tafux li jekk intom toffru ruħkom lil xi ħadd b’ilsiera biex tobduh, ta’ min tobdu tkunu l-ilsiera, kemm jekk dan ikun id-dnub, li jwassal għall-mewt, u kemm jekk tkun l-ubbidjenza li twassal għall-ġustifikazzjoni?
Explore RUMANI 6:16
9
RUMANI 6:17-18
Imma niżżu ħajr lil Alla: intom kontu lsiera tad-dnub, imma issa obdejtu minn qalbkom dik il-kwalità ta’ tagħlim li ngħatalkom biex timxu fuqu; infdejtu minn taħt id-dnub, imma tjassartu għall-ġustizzja.
Explore RUMANI 6:17-18
Home
Bible
Plans
Videos