YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 11

11
Kapitlu 11
Is-salvazzjoni tal-fdal ta’ Iżrael
1Issa nistaqsi jien, “Forsi Alla ċaħad il-poplu tiegħu?” Żgur li le! Għax jien ukoll Iżraeli, min-nisel ta’ Abraham, mit-tribù ta’ Benjamin.#Fil 3,5. #S 94,14. 2Alla ma ċaħdux lill-poplu tiegħu, li hu kien għażlu sa minn qabel. Ma tafx xi tgħid fuq Elija l-Iskrittura? Kif tkellem ma’ Alla kontra Iżrael: 3“Mulej, qatlu lill-profeti tiegħek, kissru l-artali tiegħek, jien waħdi bqajt u issa qegħdin ifittxuli ħajti?”#1 Slat 19,10-14. 4Iżda x’wieġbu Alla? “Jien ħallejt għalija sebat elef raġel li ma niżlux għarkupptejhom quddiem Bagħal#11,4: Bagħal: alla tal-fertilità li kienu jadurawh il-Kangħanin..”#1 Slat 19,18. 5Hekk issa wkoll f’dan iż-żmien hemm il-fdal skont l-għażla tal-grazzja.#Rum 9,27. 6U, jekk inhu#11,6: U, jekk inhu …: Xi Mss wara dan il-vers iżidu li kieku kien permezz tal-opri, ma tkunx aktar grazzja, inkella l-opri ma jkunux aktar opri. bis-saħħa tal-grazzja, mela mhux aktar bis-saħħa tal-opri; inkella l-grazzja ma tibqax aktar grazzja.#Gal 3,18.
7Xi ngħidu, mela? Il-poplu ta’ Iżrael ma sabx dak li kien ifittex, iżda dawk li kienu magħżula sabuh; il-bqija webbsu rashom#Rum 9,31. 8kif inhu miktub:
“Alla tahom spirtu ta’ ngħas fuqhom,
għajnejn biex ma jarawx,
widnejn biex ma jisimgħux,
sal-ġurnata tal-lum.” # Dt 29,4; Is 29,10.
9U David iżid:
“Jalla tkun il-mejda tagħhom nasba u nassa,
it-tfixkil u l-ħlas li ħaqqhom. # S 69,22-23; 25,8.
10 Ħalli jiddallmu għajnejhom biex ma jarawx;
u lwielhom daharhom għal dejjem.”
Is-salvazzjoni tal-pagani
11Mela, ngħid jien, jaqaw tfixklu biex waqgħu għal kollox? Żgur li le! Imma bis-saħħa tal-ħtija tagħhom waslet is-salvazzjoni għand il-pagani biex il-Lhud tiġihom l-għira għalihom.#Dt 32,21; Atti 13,46; Rum 10,19. 12Jekk, mela, il-ħtija tal-Lhud sfat ta’ ħafna ġid għad-dinja, u l-waqgħa tagħhom ta’ ħafna ġid għall-pagani, kemm se tkun aktar is-salvazzjoni tagħhom ilkoll#11,12: Kemm se tkun aktar is-salvazzjoni tagħhom ilkoll: il-kelma Griega pleroma tista’ tittieħed fis-sens spiritwali ta’ salvazzjoni jew fis-sens kwantitattiv ta’ kotra sħiħa. Hu x’inhu, il-ħsieb tal-appostlu hu li d-dnub tal-biċċa l-kbira tal-Lhud sewa biex il-pagani bdew jikkonvertu u jiksbu s-salvazzjoni; mela kemm aktar għad tiswa ta’ ġid għad-dinja l-konverżjoni tal-Lhud kollha?.
13U issa ngħid lilkom il-pagani. Sakemm jiena appostlu tal-pagani nibqa’ nagħmel ġieħ lill-ministeru tiegħi, 14bit-tama li nqajjem l-għira ta’ ġensi u hekk insalva lil xi wħud minnhom. 15Għax jekk it-tkeċċija tagħhom ġiebet il-ħbiberija tad-dinja ma’ Alla, l-ilqugħ tagħhom mill-ġdid xi jkun ifisser, jekk mhux ħajja mill-imwiet? 16Jekk l-ewwel frott hu mqaddes, hekk ukoll hi l-għaġna kollha; u jekk hu mqaddes l-għerq, hekk ukoll huma l-friegħi.#Num 15,17-21; Neħ 10,37; Eżek 44,30.
17Jekk xi wħud mill-friegħi tqaċċtu, int li int żebbuġa selvaġġa, li kont imlaqqam fuqhom u taqsam magħhom l-għerq u terda’ s-sustanza taż-żebbuġa,#Ef 2,11-19. 18la tiftaħarx minn fuq il-friegħi mqaċċta. Jekk int tiftaħar, ftakar li mhux int iżżomm l-għerq, imma l-għerq iżomm lilek.#Ġw 4,22. 19Int għandek mnejn tgħid: “Il-friegħi tqaċċtu, biex nitlaqqam jien flokhom.” 20Tajjeb! Tqaċċtu, għax ma emmnux; imma int qiegħed iżżomm bil-fidi. Timliex rasek, iżda ibża’.#Rum 12,16. 21Jekk Alla ma ħafirhiex lill-friegħi naturali, anqas ma jaħfirha lilek. 22Qis, mela, it-tjieba u l-ħruxija ta’ Alla: ħruxija għal dawk li waqgħu, u t-tjieba għalik jekk tibqa’ fit-tjieba tiegħu; inkella int ukoll titqaċċat.#Ġw 15,2-4; Lhud 3,14. 23Huma wkoll jerġgħu jitlaqqmu jekk ma jibqgħux ma jemmnux; għax Alla għandu l-qawwa li jerġa’ jlaqqamhom.
24Jekk int ġej miż-żebbuġa selvaġġa u kontra n-natura kont imlaqqam f’żebbuġa tajba, kemm iktar jistgħu jitlaqqmu fiż-żebbuġa tagħhom stess dawk li skont in-natura ġejjin minnha!
Is-salvazzjoni ta’ Iżrael
25Ma rridx li ma tkunux tafu, l-aħwa, dan il-misteru, li ma tmorrux taħsbu li intom xi għorrief; l-ebusija tal-qalb li waqgħet fuq parti minn Iżrael tibqa’ sakemm tidħol il-milja tal-pagani;#Lq 21,24; Ġw 10,16; Rum 12,16. 26u hekk Iżrael kollu jkun salv. Kif inhu miktub:
“Għad joħroġ minn Sijon il-Feddej;
ineħħi l-ħażen minn Ġakobb. # Mt 23,39. #Is 59,20-21.
27 U dan ikun il-patt tiegħi magħhom:
meta nneħħilhom dnubiethom.” # Is 27,9; Ġer 31,33-34.
28Skont l-Evanġelju#11,28: Skont l-Evanġelju ..: il-Lhud ċaħdu l-Evanġelju, u dan safa ta’ ġid għall-pagani billi l-Appostlu dar għal fuq il-pagani u xandrilhom il-bxara t-tajba. Imma Alla xorta baqa’ jħobb lil-Lhud minħabba l-Patrijarki. huma għedewwa minħabba fikom; skont l-għażla huma maħbuba minħabba missirijiethom.
Alla ma jiħux lura d-doni tiegħu
29Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa tiegħu. 30Bħalma fl-imgħoddi intom ma kontux tobdu lil Alla, imma issa sibtu l-ħniena tiegħu minħabba d-diżubbidjenza tagħhom; 31hekk huma wkoll mhumiex jobduh minħabba l-ħniena li sibtu intom mingħandu, ħalli issa huma wkoll isibu l-ħniena. 32Għax Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.#Gal 3,22; 1 Tim 2,4.
33Kemm huma kbar l-għana, l-għerf u l-għaqal ta’ Alla! Kemm tassew ħadd ma jista’ jgħarbel il-ġudizzju tiegħu u jifhem it-triqat tiegħu!#Is 45,15; 55,8.
34 Għax min qatt għaraf moħħ il-Mulej?
Min qatt kien il-kunsillier tiegħu? # Ġob 15,8; Is 40,13; Ġer 23,18; 1 Kor 2,16.
35 Min qatt tah l-ewwel biex jistħoqqlu l-ħlas? # Ġob 41,11.
36Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen!#1 Kor 8,6.

Currently Selected:

RUMANI 11: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in