YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 1

1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu, qaddej ta’ Kristu Ġesù, imsejjaħ biex ikun appostlu, maħtur għall-Evanġelju ta’ Alla.#Atti 9,15; 13,2; Gal 1,15. 2Dan hu l-Evanġelju li Alla kien wiegħed permezz tal-profeti fil-Kotba Mqaddsa#Rum 16,25-26. 3dwar Ibnu Ġesù Kristu Sidna li, skont it-tnissil tal-ġisem#1,3: Skont it-tnissil tal-ġisem: jiġifieri bħala bniedem; ara 9,5., twieled min-nisel ta’ David,#Mt 22,42; 2 Tim 2,8. 4u, skont l-Ispirtu s-Santu, ġie rivelat bħala l-Iben ta’ Alla b’kull qawwa permezz tal-qawmien mill-imwiet.#Atti 13,33. 5Bih aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall-ubbidjenza tal-fidi#1,5: L-ubbidjenza tal-fidi: il-fidi hi att ta’ ubbidjenza. l-bnedmin fost il-ġnus kollha għall-ġieħ ta’ ismu.#Atti 26,16-18; Rum 15,18; Gal 2,7-9. 6Fosthom tinsabu intom ukoll, imsejħin biex tkunu ta’ Ġesù Kristu; 7lill-maħbubin kollha ta’ Alla li jinsabu Ruma msejħin biex ikunu qaddisin: grazzja lilkom u sliem mingħand Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu.#1 Kor 1,2-3; 2 Kor 1,1-2.
Pawlu jixtieq iżur Ruma
8Qabel xejn niżżi ħajr lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu, għaliex il-fidi tagħkom isemmuha fid-dinja kollha.#1 Tess 1,8. 9Jixhidli Alla, li jien naqdi b’qalbi kollha billi nxandar l-Evanġelju ta’ Ibnu, li jien niftakar fikom dejjem fit-talb tiegħi.#Ef 1,16; Fil 1,8. 10Jien nitlob dejjem li nkun nista’ xi darba, jekk Alla jrid, niġi għandkom.#Atti 19,21; Rum 15,23-32. 11Nixtieq ħafna narakom u naqsam magħkom id-doni spiritwali biex inwettaqkom, 12jiġifieri nqawwu lil xulxin permezz tal-fidi li għandna, jien lilkom u intom lili. 13Nixtieqkom tkunu tafu, l-aħwa, li kemm-il darba għamilt il-ħsieb li niġi għandkom, iżda sa issa dejjem kien hemm xi jżommni; hekk inkun nista’ naħsad xi frott fostkom bħalma għamilt sa issa fost il-bqija tal-ġnus.#Ġw 15,16. 14Jien inħoss ruħi obbligat lejn il-Griegi u l-Barbari#1,14: Barbari: jiġifieri nies li ma kinux jitkellmu bil-Grieg., għorrief u mhumiex, 15għalhekk ninsab ħerqan li nxandar l-Evanġelju lilkom ukoll, li tgħammru f’Ruma.
Il-qawwa tal-Evanġelju
16Jiena ma nistħix mill-Evanġelju; għax l-Evanġelju hu qawwa ta’ Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk kollha li jemmnu, l-ewwel il-Lhud u mbagħad il-Griegi#1,16: L-ewwel il-Lhud u mbagħad il-Griegi: l-ewwel il-poplu ta’ Alla (il-Lhud) u mbagħad il-Ġentili (il-Griegi).,#Mk 8,38; Atti 13,46; 1 Kor 1,18-24. 17u fih tidher il-ġustizzja ta’ Alla minn fidi għal fidi, skont ma hemm miktub: “Il-ġust jgħix bil-fidi.”#Ħab 2,4; Rum 3,21-22; Gal 3,11; Lhud 10,38.
Il-kundanna tad-dinja pagana bla qalb
18Il-korla ta’ Alla tidher nieżla mis-sema fuq il-ħażen u l-inġustizzja tal-bnedmin li jżommu l-verità mjassra bl-inġustizzja;#Ef 5,6; Kol 3,6; 2 Tess 2,12. 19għax dak li wieħed jista’ jagħraf minn Alla kien, iva, irrivelat lilhom; Alla stess urihulhom.#Atti 14,15-17; 17,24-28. 20Il-kobor tiegħu li ma jidhirx, jiġifieri s-setgħa tiegħu ta’ dejjem, u d-divinità tiegħu, huma setgħu jagħrfuh sa mill-ħolqien tad-dinja, permezz tal-ħlejjaq, u għalhekk ma għandhom ebda skuża.#Ġob 12,7-9; S 19,2. 21Imma għad li lil Alla għarfuh, huma la tawh ġieħ ta’ Alla li hu, u lanqas raddewlu ħajr; għall-kuntrarju, moħħhom intilef fil-bluha, u qalbhom bla dehen iddallmet;#Ef 4,17-18. 22waqt li riedu jagħmluha ta’ għorrief, bliehu#Ġer 10,14; 1 Kor 1,20. 23u bidlu l-glorja ta’ dak Alla li ma jintemmx ma’ sura u xbieha tal-bniedem li jintemm, tal-għasafar, tal-bhejjem b’erba’ saqajn, tas-sriep.#Dt 4,15-19; S 106,20.
24U għalhekk Alla rħiehom għall-ġibdiet ħżiena ta’ qalbhom, biex niġġsu u waqqgħu fl-għajb lil ġisimhom stess bejniethom.#Atti 14,16. 25Il-verità ta’ Alla bidluha ma’ gidba#1,25: Il-verità ta’ Alla bidluha ma’ gidba: bidlu lil Alla veru mal-allat foloz; ara 1 Tess 1,19., u taw il-ġieħ u l-qima tagħhom lill-ħlejjaq flok ma tawhom lill-Ħallieq, li jkun imbierek għal dejjem. Ammen.#Ġer 13,25; Rum 9,5.
26Għalhekk Alla telaqhom għal ġibdiet bla ġieħ. In-nisa tagħhom bidlu l-użu naturali fl-użu kontra n-natura; 27hekk ukoll l-irġiel ħallew l-użu naturali tal-mara u xegħlu bil-passjoni għal xulxin, irġiel ma’ rġiel, biex jagħmlu ħwejjeġ bla ġieħ; u bi ħlas ta’ dan jirċievu fihom infushom il-ħlas li ħaqqhom ħtijiethom.#Lev 18,22; 20,13; 1 Kor 6,9.
28Billi l-bnedmin ma għoġobhomx jagħrfu sewwa lil Alla, Alla rħiehom fil-fehmiet ħżiena tagħhom, biex għamlu dak li ma jixraqx. 29Imtlew b’kull xorta ta’ inġustizzja, ħażen, regħba, dnewwa; imtlew bl-għira, qtil, ġlied, qerq, malizzja; iqassu 30u jigdbu kontra xulxin, għedewwa ta’ Alla, insolenti, kburin; minfuħin bihom infushom, joħolqu l-ħażen, diżubbidjenti għall-ġenituri tagħhom, 31bla moħħ, bla kelma#1,31: Bla kelma: ma jżommux il-kelma li jkunu taw., bla mħabba, bla qalb. 32Għalkemm kienu jafu l-ħsieb ta’ Alla, jiġifieri, li min jagħmel dan ħaqqu l-mewt, mhux biss jagħmlu dan, imma japprovaw lil min jagħmel hekk.

Currently Selected:

RUMANI 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in