YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 6

6
Salm 6
Talba fil-periklu tal-mewt
1Għall-mexxej tal-kor. Fuq l-istrumenti tal-korda. Fuq “Is-Seminit”. Salm ta’ David.
2Mulej, la ċċanfarnix fil-korla tiegħek;
la twiddibnix fis-saħna tiegħek.#S 38,2; Ġer 10,24; Ġer 17,14-15.
3Ħenn għalija, Mulej, għaliex inħossni mifni;
fejjaqni, Mulej, għaliex għadmi mfarrak;
4ruħi mħawda għall-aħħar.
Mulej, int kemm se ddum#6,4: Kemm se ddum: kliem proprju għall-ilment; ara 13,2; 74,10; 80,5; 90,13; 94,3. ma tismagħni?
5Dur lejja, Mulej, u eħlisni;
salvani f’ġieħ it-tjieba tiegħek.
6Għax ħadd mill-mejtin ma jiftakar fik;
min ifaħħrek f’art l-imwiet#6,6: Min ifaħħrek f’art l-imwiet: in-nies tal-qedem, Lhud u mhumiex, kienu jaħsbu li kien hemm post taħt l-art, bil-Lhudi xe’ol, fejn kienu jgħixu nofs ħajja l-erwieħ tal-mejtin, tajbin u ħżiena. Rivelazzjoni ċara x’jiġri wara l-mewt insibuha fi Ktieb il-Għerf 3 ftit żmien qabel Kristu.#S 30,10; 88,11-13; 113,7; Is 38,18.?
7Infnejt bit-tnehid tiegħi,
kull lejl nibki fuq friexi,
bid-dmugħ inxarrab soddti.
8Għajnejja bil-biki tgħarrqu,
u nfnew minħabba l-għedewwa tiegħi.
9Tbiegħdu minni, intom li tagħmlu l-ħażen,
għax sama’ l-Mulej il-biki tiegħi.#S 119,115; Mt 7,23; Lq 13,27.
10Sama’ l-Mulej it-tħannin tiegħi;
jilqa’ l-Mulej it-talba tiegħi.
11Jistħu u jinfixlu għall-aħħar l-għedewwa tiegħi kollha,
u minnufih jerġgħu lura mħawda.#S 35,4; 40,15.

Currently Selected:

SALMI 6: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in