SALMI 5
5
Salm 5
Talba għall-għajnuna kontra l-ħażen
1Għall-mexxej tal-kor. Fuq il-flawti. Salm ta’ David.
2Mulej, agħti widen għal kliemi;
agħti kas tat-tnehid tiegħi.
3Isma’ l-għajjat tat-talb tiegħi,
Sultan tiegħi u Alla tiegħi,
għax lilek jiena nitlob.
4Mulej, filgħodu int tisma’ leħni,
filgħodu rressaqlek talbi, u nistenna.
5Għax int m’intix Alla li tħobb il-ħażen;
il-ħażin ma jsibx postu għandek.
6Ma jiqfux il-kburin quddiem għajnejk;
int tobgħod kull min jagħmel id-deni.
7Int teqred min jitkellem bil-gideb.
Nies qattiela u qarrieqa jistmellhom il-Mulej.
8Imma jien għat-tjieba kbira tiegħek
nista’ nidħol ġewwa darek;
ninxteħet quddiem is-santwarju mqaddes tiegħek,
mimli bil-biża’ tiegħek.
9Mexxini, Mulej, fis-sewwa tiegħek
minħabba l-għedewwa tiegħi;
wittili t-triq tiegħek quddiemi.#S 23,3; Is 26,7; Rum 3,13.
10Is-sewwa mhuwiex fuq fommhom,
qalbhom bil-ħażen mimlija;
ħalqhom bħal qabar miftuħ#5,10: Ħalqhom bħal qabar miftuħ: lesti biex jeqirdu jew joqtlu lil dak li jkun bi kliemhom.,
imellsu biss bi lsienhom.#Rum 3,13.
11Ħa jieħdu, o Alla, il-ħlas li ħaqqhom;
ħa jaqgħu bit-tnassis tagħhom.
Warrabhom għall-ħafna ħtijiet tagħhom, għax kontrik ħaduha.
12Ħa jifirħu dawk li jafdaw fik, u jithennew għal dejjem;
ħarishom, u bik jithennew dawk li jħobbu ’l ismek.#S 69,37; 119,132; Apk 7,15-16.
13Għax int tbierek il-ġust, Mulej;
int tħaddnu bħal tarka bi tjubitek.
Currently Selected:
SALMI 5: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.