YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 4

4
Salm 4
L-hena tat-tama f’Alla
1Għall-mexxej tal-kor. Fuq l-istrumenti tal-korda. Salm ta’ David.
2Weġibni, meta nsejjaħlek,
Alla tal-ġustizzja tiegħi;
oħroġni fil-wisa’ meta nkun imdejjaq,
ħenn għalija u isma’ talbi.
3Intom, bnedmin, kemm se ddumu twebbsu qalbkom?
Għax tħobbu l-frugħa u tfittxu l-gideb?
4Kunu afu li l-Mulej wera tjieba kbira miegħi;
jismagħni l-Mulej meta nsejjaħlu.#Ef 4,26.
5Triegħdu bil-biża’#4,5: Triegħdu bil-biża’: twiddiba biex fl-għawġ ma jeħduhiex kontra Alla bi kliemhom, imma jirrassenjaw ruħhom., u la tidinbux;
aħsbu f’qalbkom billejl, u isktu!
6Offru s-sagrifiċċji li għandkom tagħmlu,
u ittamaw fil-Mulej.#S 84,4.#Prov 6,17-19; Mt 7,23; Apk 21,8.
7Ħafna jgħidu: “Min jurina r-riżq?”
Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ wiċċek.
8Int nissilt l-hena f’qalbi,
aktar mill-kotra tal-qamħ u l-inbid tagħhom.#Għerf 14,9.
9Nimtedd u norqod minnufih fis-sliem,
għax int waħdek, Mulej, fis-sod tqegħedni.

Currently Selected:

SALMI 4: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in