SALMI 122
122
Salm 122
Pellegrinaġġ għal Ġerusalemm
1Għanja tat-Telgħat. Ta’ David.
Fraħt meta qaluli:
“Sejrin f’dar il-Mulej!”#S 42,5-7; 43,4; 84,2-5.
2Diġà qegħdin riġlejna
fi bwiebek, Ġerusalemm!
3Ġerusalemm, mibnija bħal belt,
magħquda ħaġa waħda.#S 48,13-14; Ef 2,19-22.
4Lejha t-tribujiet jitilgħu,
it-tribujiet tal-Mulej,
biex, skont il-liġi ta’ Iżrael,
ifaħħru isem il-Mulej.#Dt 16,16.
5Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq,
it-tronijiet tad-dar ta’ David.#Dt 17,8; 1 Slat 7,7; 2 Kron 19,8.
6Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm:
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
7Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek,
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”#S 48,13.
8Minħabba ħuti u ħbiebi,
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”#S 26,8; Tob 13,14.
9Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna,
nixtieq illi jkollok il-ġid.
Currently Selected:
SALMI 122: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.