SALMI 121
121
Salm 121
Il-Mulej jgħasses fuqna
1Għanja tat-Telgħat
Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet#121,1: Lejn l-għoljiet: il-muntanji li fuqhom kienet mibnija Ġerusalemm; ara 87,1; 125,2.;
mnejn se tiġini l-għajnuna?#Ġer 3,23.
2L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.#S 124,8; Hos 13,9.
3Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor;
ma jongħosx dak li jħarsek.#Dt 32,10; 1 Sam 2,9; S 66,9; 91,12; Prov 3,24-26.
4Ara, la jongħos u lanqas jorqod
dak li jħares lil Iżrael.
5Il-Mulej hu dak li jħarsek;
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.#S 16,8; 73,23; Is 25,4; 49,10.
6Ma tolqtokx ix-xemx binhar,
anqas il-qamar billejl.
7Iħarsek il-Mulej minn kull deni;
hu jħarislek ħajtek.#S 97,10.
8Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek,
minn issa u għal dejjem.#Ġen 28,15; Dt 28,6; Tob 5,17.
Currently Selected:
SALMI 121: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.