YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 120

120
Salm 120
Ilment kontra l-ilsna qarrieqa
1Għanja tat-Telgħat#120,1: Għanja tat-Telgħat: dan is-salm u t-tlettax-il wieħed li ġejjin (S 121-134) huma s-salmi li l-pellegrini kienu jkantaw huma u sejrin Ġerusalemm għall-festi l-kbar; ara Eż 23,17; Dt 16,16; 1 Slat 12,28; Mt 20,17; Lq 2,41-42..
Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt;
u hu weġibni.
2Mulej, eħlisni mix-xufftejn giddieba u
mill-ilsna qarrieqa.#S 12,3-4; 52,4-6.
3X’se tieħu b’dan, u x’se jiswielek, ilsien qarrieq?
4Vleġeġ misnuna ta’ wieħed b’saħħtu,
u ġamar tal-ġummar.
5Imsejken jien, li ngħix barrani f’Mesek#120,5: Barrani f’Mesek … fl-għerejjex ta’ Kedar: Mesek, tribù fl-Asja Minuri; ara Ġen 10,2; Kedar, tribù fl-Għarabja; nies barbari, simboli tal-għedewwa tas-salmista f’pajjiżu stess.;
li ngħammar fl-għerejjex ta’ Kedar!
6Ili ngħix biżżejjed
ma’ dawk li jobogħdu s-sliem.
7Jien sliem irrid; imma malli nitkellem,
insibhom lesti għall-ġlied.#S 140,3.

Currently Selected:

SALMI 120: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in