YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 11

11
Salm 11
Tama sħiħa f’Alla
1Għall-mexxej tal-kor. Ta’ David.
Fil-Mulej hu l-kenn tiegħi;
mela kif tgħiduli: “Aħrab bħal għasfur lejn l-għolja;#S 55,7; 91,3.
2għax, ara, il-midinbin qed jiġbdu l-qaws,
u jqabbdu mal-watar il-vleġġa,
biex jolqtu fid-dlam lin-nies ta’ qalb safja.#S 7,13; 10,8; 37,14; 57,5; 64,4.
3Jekk is-sisien jinqalbu#11,3: Jekk is-sisien jinqalbu: x’jiġri jekk is-setgħa taqa’ f’idejn nies ħżiena? Jispiċċaw il-valuri reliġjużi u morali.,
il-bniedem ġust x’jista’ jagħmel?”
4Il-Mulej hu fit-tempju mqaddes tiegħu,
il-Mulej fis-sema għandu t-tron tiegħu;
għajnejh fuq il-bnedmin jitfa’,
bi xfar għajnejh jiflihom.#Dt 26,15; S 102,20; Is 66,1; Ħab 2,20; Mt 5,34.
5Jgħarbel il-Mulej il-ġust u l-ħażin;
hu jobgħod ’il min iħobb id-dnewwa.
6Xita ta’ ġamar u kubrit jitfa’ fuq il-ħżiena;
riħ jikwi jkun is-sehem li ħaqqhom.#Ġen 19,24; Eżek 10,2; 38,22; Apk 8,5; 20,10.
7Għax ġust hu l-Mulej, u jħobb il-ġustizzja;
wiċċu jdawwar lejn min hu sewwa.

Currently Selected:

SALMI 11: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in