SALMI 105
105
Salm 105
It-tjieba ta’ Alla ma’ Iżrael
1Faħħru l-Mulej u xandru ismu,
għarrfu lill-ġnus bl-għemejjel tiegħu.#1 Kron 16,8-22.#S 18,50; 96,3; 145,5; Is 12,4-5.
2Għannulu u doqqulu,
xandru l-għeġubijiet tiegħu kollha.
3Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu;
tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej.
4Ħabirku biex tagħrfu l-Mulej u l-qawwa tiegħu,
fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.#S 27,8.
5Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel,
fl-għeġubijiet u l-ġudizzji tiegħu.
6Nisel Abraham, il-qaddej tiegħu,
ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu,#Is 45,4; 51,2.
7Jaħweh hu Alla tagħna!
Mal-art kollha l-ġudizzji tiegħu!
8Jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu,
fil-kelma li ta għal elf nisel,
9fil-patt li għamel ma’ Abraham,
fil-wegħda li ħalef lil Iżakk,#Ġen 15; 26,3; Lq 1,72-73.
10li ġedded lil Ġakobb b’liġi,
lil Iżrael b’patt għal dejjem,
11meta qal: “Lilek nagħti l-art ta’ Kangħan,
bħala sehem wirtkom.”#Ġen 12,7; 15,18.
12Ftit kienu għadhom jgħoddu,
ma kinux ħlief ftit barranin f’dik l-art,#Dt 26,5.
13jiġġerrew minn ġens għal ieħor,
minn saltna għal għand poplu ieħor.
14Hu ma ħalla ’l ħadd jaħqarhom;
slaten rażżan#105,14: Slaten rażżan: lill-Fargħun u lil Abimelek; ara Ġen 12,17; 20,6-7. minħabba fihom:#Ġen 12,10-20; 20; 26,1-11.
15“Tmissux ’il dawk li huma kkonsagrati lili#105,15: Li huma kkonsagrati lili: il-Patrijarki Abraham, Iżakk u Ġakobb għażilhom Alla u rrivela ruħu lilhom.,
tagħmlux deni lill-profeti tiegħi.”
16Imbagħad bagħat il-ġuħ fuq l-art,
qerdilhom il-qamħ minn wiċċ ir-raba’ tagħhom.#Ġen 41,54; Lev 26,26.
17Kien bagħat qabilhom raġel,
’il Ġużeppi, mibjugħ bi lsir.#Ġen 37,28-36; 45,5.
18Rabtulu riġlejh bil-ktajjen,
dawrulu l-ħadid ma’ għonqu,#Ġen 39,20.
19sakemm seħħ dak li kien ħabbar,
u l-kelma tal-Mulej rebbieħ ħarġitu.#Ġen 40,21-22; 41,9-13.
20Is-sultan bagħat iħollu,
dak li jaħkem il-popli ħelsu.#Ġen 41,14.
21Għamlu sid fuq id-dar tiegħu,
ħallielu f’idejh ġidu kollu,#Ġen 41,39-44; Atti 7,10.
22biex jgħallem hu stess lill-kbarat,
u juri l-għerf lill-kapijiet tiegħu.
23Imbagħad Iżrael niżel fl-Eġittu,
Ġakobb għex barrani fl-art ta’ Ħam#105,23: Ħam: l-Eġittu; ara Ġen 10,6..#Ġen 46,1—47,12; Atti 7,15.
24U kattar ħafna l-poplu tiegħu,
saħħu aktar mill-għedewwa tiegħu.#Eż 1,7; Atti 7,17.
25Dawrilhom qalbhom biex jobogħdu l-poplu tiegħu,
biex jimxu bil-qerq mal-qaddejja tiegħu.#Eż 1,8-9.
26Bagħat lil Mosè, il-qaddej tiegħu,
u lil Aron, li hu kien għażel.#Eż 3,10; 4,27.
27Wera bihom għeġubijietu,
ħwejjeġ tal-għaġeb fl-art ta’ Ħam#105,27: Ħwejjeġ tal-għaġeb fl-art ta’ Ħam: il-kastigi tal-Eġittu. Id-deskrizzjoni tagħhom fil-versi 28-38 ma taqbilx għalkollox, la fil-kontenut u lanqas fil-forma, ma’ dak li nsibu fl-Eżodu; hawn għandna preżentazzjoni aktar poetika milli oġġettiva; ara Eż 7,14-12,30..#Eż 7—12; S 78,43-51.
28Bagħat id-dlam, u dalam;
iżda huma webbsu rashom għal kliemu.
29Biddlilhom l-ilma f’demm,
qerdilhom il-ħut tagħhom.
30Arthom imtliet biż-żrinġijiet,
sa ġol-kmamar tas-slaten tagħhom.
31Mal-kelma tiegħu ġew qtajja’ ta’ dubbien,
u nemus ma’ arthom kollha.
32Tahom is-silġ minflok ix-xita;
ilsna tan-nar ileħħu f’arthom.
33Laqtilhom id-dwieli u s-siġar tat-tin,
qerdilhom is-siġar tar-raba’ tagħhom.
34Mal-kelma tiegħu ġew il-ġradijiet,
ġradijiet żgħar li ħadd ma jgħoddhom.
35U belgħu l-ħxejjex kollha f’arthom,
kielu l-frott tar-raba’ tagħhom.
36Qatel l-ulied il-kbar kollha ta’ arthom,
l-ewwel frott tas-saħħa tagħhom.
37Ħariġhom mgħobbija bil-fidda u d-deheb,
ħadd ma kien għajjien fit-tribù tagħhom.
38Ferħu l-Eġizzjani bit-tluq tagħhom,
għax fuqhom kien waqa’ l-biża’ tagħhom.#Eż 12,33-36.
39Firex sħaba biex ikenninhom,
xegħel in-nar għad-dawl billejl.#Eż 13,21-22; S 78,14.
40Talbuh u bagħtilhom is-summien;
temagħhom sax-xaba’ bil-ħobż mis-sema.#Eż 16,2-36; Num 11,31; S 78,24-27.
41Xaqqaq blata u minnha ħareġ l-ilma,
li ġera mad-deżert bħal xmara.#Eż 17,1-7; Num 20,11; S 78,15.
42Għax ftakar fil-kelma qaddisa tiegħu,
u f’Abraham, il-qaddej tiegħu.
43U ħareġ bil-ferħ lill-poplu tiegħu,
b’għajjat ta’ ferħ lill-magħżulin tiegħu.#Eż 15.
44U tahom artijiet il-ġnus,
u xogħol il-popli wirtuh huma,#Dt 4,37-40; 6,20-25; 7,8-11.
45biex iħarsu l-kmandamenti tiegħu,
u jżommu l-liġijiet tiegħu.
Hallelujah!
Currently Selected:
SALMI 105: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.