YouVersion Logo
Search Icon

FILIPPIN 3

3
Kapitlu 3
Il-qdusija vera
1Mill-bqija, ħuti, ifirħu fil-Mulej! Jiena ma niddejjaqx niktbilkom fuq l-istess ħwejjeġ, għaliex dan isaħħaħkom.#Fil 2,18; 4,4. 2Oqogħdu attenti mill-klieb#3,2: Attenti mill-klieb: laqam dispreġġattiv. Dawn huma l-partitarji li kienu jridu jassoġġettaw il-pagani kkonvertiti għaċ-ċirkonċiżjoni; ara Mt 7,6; Apk 22,15.! Oqogħdu attenti minn dawk li jagħmlu l-ħażen! Attenti minn dawk li jridu t-tqattigħ tal-ġisem!#S 22,16-20; Apk 22,15. 3Għax dawk li tassew għandhom iċ-ċirkonċiżjoni huma aħna; aħna li qegħdin naqdu lil Alla fl-Ispirtu u niftaħru fi Kristu Ġesù; aħna li ma nqegħdux il-fiduċja tagħna fil-ġisem,#Rum 2,29. 4għad li jien nista’ nqiegħed il-fiduċja tiegħi fil-ġisem. Jekk hemm xi ħadd li għandu għax iqiegħed it-tama tiegħu fil-ġisem, jiena għandi aktar minnu:#2 Kor 11,18. 5ta’ tmint ijiem għamluli ċ-ċirkonċiżjoni, twelidt fil-poplu ta’ Iżrael, mit-tribù ta’ Benjamin#3,5: Mit-tribù ta’ Benjamin: wieħed mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael li baqa’ fidil għad-dinastija ta’ David; ara 1 Slat 12,21., Lhudi mil-Lhud, Fariżew fl-osservanza tal-Liġi;#Lq 1,59; 2,21; Atti 23,6; 26,5; 2 Kor 11,22. 6biż-żelu li kelli, ippersegwitajt il-Knisja; għal dik li hi ġustizzja tal-Liġi, ħadd ma sata’ jgħid xejn fija.#Atti 8,3; 22,4; 26,9-11. 7Imma dak kollu li għalija kien qligħ, jien għaddejtu bħala telf minħabba Kristu.#Mt 13,44-46; Lq 14,33. 8Jiena ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi; minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, 9u nkun ninsab fih; mhux għax għandi xi ġustizzja tiegħi, dik li tiġi permezz tal-Liġi, iżda dik li tiġi permezz tal-fidi fi Kristu, il-ġustizzja ġejja minn Alla u mibnija fuq il-fidi.#Rum 3,21-22. 10Irrid nagħraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, u naqsam miegħu t-tbatijiet tiegħu, u nsir nixbhu fil-mewt,#Rum 3,3-5; 8,17; Gal 6,17. 11biex jirnexxili nikseb il-qawmien mill-imwiet.#Atti 4,2; Apk 20,5-6.
Inħarsu ’l quddiem
12M’iniex ngħid li jiena ġa ksibtu, jew li jien ġa perfett. Imma rross ’il quddiem biex naħtaf dan, bħalma Kristu Ġesù ġa ħataf lili.#Atti 9,5-6; 1 Tim 6,12-19. 13L-aħwa, ma jidhirlix li dan ġa lħaqtu; imma ħaġa waħda ngħid: waqt li ninsa ’l ta’ warajja kollu, jiena nagħmel ħilti kollha biex nilħaq dak li hemm quddiemi; 14niġri ’l quddiem lejn it-tmiem, biex nikseb il-premju li għalih Alla qed isejħilna hemm fuq fi Kristu Ġesù.#1 Kor 9,24. 15Aħna li aħna perfetti, ħa nkunu ta’ din il-fehma. Jekk taħsbu xorta oħra, jagħtikom id-dawl Alla.#Mt 5,48; 1 Kor 2,6. 16Mill-bqija, wasalna fejn wasalna, ħa nimxu pass wieħed.#Gal 6,16.
17L-aħwa, ixbhu lili, u ħarsu lejn dawk li jimxu skont l-eżempju li rajtu fina.#1 Kor 4,16; 11,1; 1 Tess 1,7; 1 Pt 5,3. 18Għaliex hawn ħafna - dan għedthulkom bosta drabi, imma issa ntennihulkom bid-dmugħ f’għajnejja - hawn ħafna li jġibu ruħhom bħal għedewwa tas-salib ta’ Kristu.#1 Kor 1,23; Gal 6,12. 19It-telfien għad ikun tmiemhom; alla tagħhom hu żaqqhom#3,19: Alla tagħhom hu żaqqhom: l-aktar li jinteressahom hu li jieklu l-ikel skont il-Liġi ta’ Mosè; ara Rum 16,18; Kol 2,16-21., jiftaħru b’dak li jmisshom jistħu minnu#3,19: Dak li jmisshom jistħu minnu: forsi l-appostlu għandu f’moħħu ċ-ċirkonċiżjoni., u moħħhom biss fil-ħwejjeġ tad-dinja.#Rum 8,5-6; 16,18. 20Imma aħna pajjiżna fis-sema; minn hemm bil-ħerqa nistennewh jiġi, is-Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu.#Ef 2,6-19; Lhud 12,22. 21Hu għad irid ibiddlilna l-ġisem imsejken tagħna fis-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu, bil-qawwa tas-setgħa li għandu li jġib kollox taħtu.#Rum 8,29; 1 Kor 15,43-53.

Currently Selected:

FILIPPIN 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in