YouVersion Logo
Search Icon

MARK 1

1
Kapitlu 1
Il-predikazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista
(Mt 3,1-12; Lq 3,3-18; Ġw 1,19-28)
1Il-Bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu l-Iben ta’ Alla. 2Bħalma hu miktub fil-ktieb ta’ Isaija l-profeta,
‘Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbâr tiegħi
biex iħejji triqtek. # Eż 23,20; Mal 3,1; Mt 11,10.
3 Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:
Ħejju t-triq tal-Mulej,
iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu’, # Is 40,3; Ġw 1,23.
4hekk Ġwanni deher jgħammed fid-deżert#1,4: Ġwanni deher jgħammed fid-deżert: test ieħor jgħid Ġwanni l-Battista deher fid-deżert. Indiema: bil-Grieg metanoia li tfisser mhux biss sogħba għad-dnubiet imma bidla mill-qiegħ fil-ħajja ta’ dak li jkun. u jxandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet.#Atti 13,24; 19,4. 5U kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm, jitgħammdu minnu fix-xmara Ġordan waqt li jistqarru dnubiethom.
6Ġwanni kien jilbes libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u kien jiekol ġradijiet u għasel selvaġġ.#2 Slat 1,8; Atti 13,25. 7U kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. 8Jiena għammidtkom bl-ilma#1,8: Jiena għammidtkom bl-ilma: tista’ tiġi wkoll fl-ilma … fl-Ispirtu s-Santu., iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu.”
Il-magħmudija ta’ Ġesù
(Mt 3,13-17; Lq 3,21-22)
9U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. 10U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; 11u mis-smewwiet instama’ leħen: “Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.”#Ġen 22,2; S 2,7; Is 42,1; Mt 12,18.
It-tiġrib ta’ Ġesù fid-deżert
(Mt 4,1-11; Lq 4,1-13)
12Imbagħad minnufih l-Ispirtu ħarġu fid-deżert. 13U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.
Il-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù fil-Galilija
(Mk 4,12-17; Lq 4,14-15)
14Wara li arrestaw lil Ġwanni#1,14: Arrestaw lil Ġwanni: arrestah Erodi Antipa; ara 6,17-18; Ġw 3,24., Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla#Mk 6,17-18; Ġw 3,24. 15u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.”#Mt 3,2.
Ġesù jsejjaħ erba’ sajjieda
(Mt 4,18-20; Lq 5,1-11)
16Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija#1,16: Il-baħar tal-Galilija: ara nota Mt 4,18., lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. 17U Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin.” 18U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.
19Wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu ta’ Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa qegħdin isewwu x-xbiek,#Mt 10,2; Mk 3,17. 20u minnufih sejħilhom. U huma telqu lil missierhom Żebedew fid-dgħajsa mal-lavranti, u marru warajh.
Ġesù jfejjaq raġel li kellu spirtu ħażin
(Lq 4,31-37)
21U daħlu Kafarnahum#1,21: Kafarnahum: ara nota Mt 4,13.. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. 22In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.#Mt 7,28-29. 23Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin 24u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: ‘Il-Qaddis ta’ Alla#1,24: Il-Qaddis ta’ Alla: bniedem ikkonsagrat lil Alla. Għal Ġesù dan ifisser ħafna aktar minn hekk għax hu l-istess Iben ta’ Alla.’.” 25Imma Ġesù kkmandah: “Iskot,” qallu, “u oħroġ minnu.”#Mk 5,7; Lq 4,34; Ġw 9,6-9. 26Imbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.#Mk 9,26. 27U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: “Dan x’inhu? X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa! Sa lill-ispirti ħżiena jikkmanda, u huma joqogħdu għalih!” 28U l-fama tiegħu malajr xterdet mal-inħawi kollha tal-Galilija.
Ġesù jfejjaq ħafna nies#Mt 4,24.
(Mt 8,14-15; Lq 4,38-39)
29Ħarġu mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. 30Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. 31Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.#Mk 5,41; 9,27; Lq 8,54.
32Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan.#Mt 4,24. 33U quddiem il-bieb inġabret il-belt bi ħġarha. 34U fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard, u ħareġ għadd kbir ta’ xjaten li hu ma kienx iħallihom jitkellmu, għax huma kienu jafu min kien.#Mk 3,12.
Ġesù jmur jippriedka
(Lq 4,42-44)
35L-għada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob.#Mt 14,23; Mk 6,46; Lq 5,16; 6,12. 36Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh. 37Kif sabuh, qalulu: “Kulħadd jistaqsi għalik.” 38U qalilhom: “Ejjew immorru band’oħra, fl-irħula tal-qrib, ħalli nippriedka hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt.” 39U dar il-Galilija kollha, jippriedka fis-sinagogi tagħhom u joħroġ ix-xjaten.#Mt 4,23; 9,35.
Ġesù jfejjaq wieħed lebbruż
(Mt 8,2-4; Lq 5,12-16)
40Resaq fuqu wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni#1,40: Tfejjaqni: letteralment tnaddafni..” 41Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf.” 42U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. 43U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr 44u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.”#Lev 14,2-32. 45Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.

Currently Selected:

MARK 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in