MATTEW 18
18
Kapitlu 18
Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet
(Mk 9,33-37; Lq 9,46-48)
1F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?”#Lq 22,24. 2Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom#Mt 19,14; Mk 10,15; Lq 18,17. 3u qalilhom, “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. 4U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.#Mt 20,26-27; Mk 10,43-44; Lq 22,26. 5U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili.#Mt 10,40; Lq 10,16; Ġw 13,20.
L-iskandlu
(Mk 9,42-48; Lq 17,1-2)
6“Imma min jagħti skandlu#18,6: Skandlu: kelma ġejja mill-Grieg skandalon, li tfisser tfixkil li wieħed jista’ jsib fit-triq. Hawnhekk tfixkil fis-sens morali, xi ħaġa li twaqqa’ lil xi ħadd fid-dnub. lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun aħjar għalih li jdendlulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir, u jgħarrquh f’qiegħ ta’ baħar. 7Ħażin għaliha d-dinja minħabba l-iskandli! Għax jeħtieġ li l-iskandli jsiru, imma ħażin għalih dak il-bniedem li minħabba fih isiru l-iskandli. 8Jekk idek jew sieqek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda jew b’sieq waħda fil-ħajja, milli tkun mixħut b’idejk it-tnejn jew b’saqajk it-tnejn fin-nar ta’ dejjem.#Mt 5,29-30. 9U jekk għajnek hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek; jaħbatlek aħjar li tidħol b’għajn waħda fil-ħajja, milli tinxteħet b’għajnejk it-tnejn fin-nar tal-infern.
10“Araw li ma tonqsux#18,10: Araw li ma tonqsux…: Xi wħud mill-manuskritti jżidu v. 11: Għax Bin il-bniedem ġie jfittex li jsalva l-mitluf; ara 9,13; Lq 19,10. mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.
In-nagħġa l-mitlufa
(Lq 15,3-7)
12“Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? 13U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu. 14Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar.
Meta ħuk jidneb
(Lq 17,3)
15“Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk.#Lev 19,17; Lq 17,3. 16Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta.#Dt 19,15; Ġw 8,17; 2 Kor 13,1; 1 Tim 5,19. 17Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma’ żommu b’wieħed pagan u pubblikan.
18Tassew ngħidilkom, li kulma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kulma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.#Mt 16,19; Ġw 20,23. 19Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet, jagħtihielhom.#Mk 11,24; Ġw 15,7; 16,23; 1 Ġw 3,22; 5,14-15. 20Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.#Mt 28,20; Ġw 14,23.
Il-parabbola tal-qaddej li ma jaħfirx
21Imbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”#Lq 17,3-4. 22“Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù, “imma sa sebgħa u sebgħin darba. 23Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. 24Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent#18,24: Talent: użin Lhudi daqs 30 kg.. 25Billi ma kellux minn fejn iroddhomlu, is-sinjur ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu u kulma kellu, ħalli b’hekk jitħallas id-dejn. 26Imma l-qaddej inxteħet quddiemu jitolbu u jgħidlu, ‘Sinjur, stabar ftit bija; kollox irroddlok.’ 27Is-sinjur ġietu ħasra minn dak il-qaddej, bagħtu u ħafirlu dejnu.#Lq 7,42. 28Mela dak il-qaddej joħroġ, u jiltaqa’ ma’ wieħed minn sħabu, li kellu jagħtih mitt dinar#18,28: Dinar: munita tal-fidda Rumana, paga ta’ ġurnata; ara Lq 15,8-9.; qabdu minn għonqu u beda jagħfsu. ‘Ħallas dejnek,’ qallu. 29Il-qaddej sieħbu nxteħet quddiemu jitolbu bil-ħniena u jgħidlu, ‘Stabar ftit bija u rroddlok.’ 30Imma dak ma riedx jaf, mar u xeħtu l-ħabs sa ma jrodd kulma kellu jagħtih. 31Sħabu l-qaddejja raw il-ġrajja kollha u sewdu qalbhom ħafna; marru għand is-sinjur tagħhom u tarrfulu kulma kien ġara. 32Imbagħad is-sinjur bagħat għalih u qallu, ‘Ja qaddej ħażin, meta jiena ħfirtlek dak id-dejn kollu wara li tlabtni bil-ħniena, 33ma kienx imissek int ukoll tħenn għal sieħbek kif ħennejt jien għalik?’ 34U saħan bl-aħrax is-sinjur għalih, u tah f’idejn min jaħqru sa ma jrodd kulma kellu jagħti.#Mt 5,25-26; Lq 12,58-59. 35Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-Smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom.”#Mt 6,15; Mk 11,25; Ef 4,32; Kol 3,13.
Currently Selected:
MATTEW 18: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.