ĠWANNI 4
4
Kapitlu 4
Ġesù u s-Samaritana
1Il-Fariżej semgħu li Ġesù kien qiegħed jiġbor u jgħammed dixxipli iżjed minn Ġwanni. U Ġesù sar jaf b’dan,#Ġw 3,22-26. 2għalkemm hu nnifsu ma kienx jgħammed, imma d-dixxipli tiegħu; 3għalhekk telaq mil-Lhudija u raġa’ mar fil-Galilija. 4U kellu jgħaddi mis-Samarija.#Lq 9,52; 17,11. 5Ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi,#Ġen 33,18; 48,22; Ġoż 24,32. 6fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa#4,6: Sitt siegħa: għall-ħabta ta’ nofsinhar., u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir.#Ġw 4,12. 7U ġiet mara mis-Samarija timla l-ilma. “Agħtini nixrob,” qalilha Ġesù. 8Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu. 9Il-mara mis-Samarija qaltlu: “Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?” Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani.#Esd 4,3; 9,1-10; Lq 9,52-53. 10Ġesù weġibha: “Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek, ‘Agħtini nixrob,’ kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj#4,10: Ilma ħaj: fuq fomm Ġesù hi kelma ambigwa, jiġifieri tista’ tfisser ilma ġieri jew l-ilma bħala figura tal-ħajja spiritwali; ara nota 3,8..”#Ġw 4,26; 7,37-38; Apk 21,6; 22,17. 11Qaltlu l-mara: “Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond? 12Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu?”#Ġw 8,53. 13Weġibha Ġesù: “Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih l-għatx; 14imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem.”#Ġw 6,35; 7,38. 15Qaltlu l-mara: “Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla l-ilma.”
16Qalilha Ġesù: “Mur sejjaħ lil żewġek u erġa’ ejja hawn.” 17Weġbitu l-mara: “Ma għandix żewġi.” Qalilha Ġesù: “Sewwa għedt, ‘ma għandix żewġi.’ 18Inti żżewwiġt ħames darbiet, u r-raġel li għandek miegħek bħalissa m’huwiex żewġek. Sewwa weġibt!” 19Qaltlu l-mara: “Int profeta, Sinjur, milli qiegħda nara.#Mt 21,46; Ġw 7,40; 9,17. 20Missirijietna kienu jaduraw lil Alla fuq din il-muntanja#4,20: Fuq din il-muntanja: il-muntanja Gariżim, ħdejn il-belt ta’ Sikem f’nofs il-Palestina.; imma intom tgħidu li l-post fejn wieħed għandu jadura lil Alla jinsab f’Ġerusalemm.”#Dt 11,29; 12,5-14; Ġoż 8,33; S 122,1-5. 21Qalilha Ġesù: “Emminni, mara, jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja taduraw lill-Missier, anqas f’Ġerusalemm. 22Intom taduraw lil dak li ma tafux; aħna naduraw lil dak li nafu, għax is-salvazzjoni ġejja mil-Lhud.#Is 2,3. 23Imma tiġi siegħa, anzi issa hi, meta dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lill-Missier fl-ispirtu u l-verità. Għax il-Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh. 24Alla huwa spirtu, u dawk li jadurawh għandhom jadurawh fl-ispirtu u l-verità.”#2 Kor 3,17. 25Qaltlu l-mara: “Jiena naf li ġej il-Messija, - dak li jgħidulu Kristu. Meta jiġi hu, kollox iħabbrilna.” 26Qalilha Ġesù: “Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek.”#Mk 14,61-62; Ġw 9,37.
27Fil-ħin ġew id-dixxipli tiegħu, u stagħġbu jarawh jitkellem ma’ mara; iżda ħadd minnhom ma staqsieh, ‘Xi trid?’, jew, ‘Għax qiegħed titkellem magħha?’ 28Il-mara ħalliet il-ġarra hemmhekk, reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-nies: 29“Ejjew araw bniedem li qalli kulma għamilt. Tgħid, dan il-Messija?”#Mt 12,23; Ġw 7,26. 30U n-nies ħarġu mill-belt u ġew ħdejh.
31Sadattant id-dixxipli bdew jitolbuh u jgħidulu: “Rabbi, kul!” 32Iżda hu qalilhom: “Jien għandi ikel x’niekol li intom ma tafux bih.” 33Id-dixxipli għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin: “Jaqaw ġie xi ħadd u ġieblu x’jiekol?” 34Qalilhom Ġesù: “L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta’ min bagħatni u li nwassal fit-tmiem l-opra tiegħu.#Ġw 5,30-36; 6,38; 17,4. 35Intom ma tgħidux li baqa’ erba’xhur oħra għall-ħsad? Imma araw x’ngħidilkom jien: erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-għelieqi bjadu għall-ħsad!#Mt 9,37; Lq 10,2. 36Ġa l-ħassad qiegħed jieħu ħlasu u jiġbor il-frott għall-ħajja ta’ dejjem, biex min jiżra’ jifraħ hu wkoll bħal min jaħsad. 37F’dan taraw kemm sewwa jingħad li wieħed jiżra’ u l-ieħor jaħsad.#Mik 6,15. 38Jiena bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih intom; kienu oħrajn li tħabtu, u intom dħaltu flokhom biex tgawdu l-frott tat-taħbit tagħhom.”
39Kien hemm ħafna Samaritani minn dik il-belt li emmnu f’Ġesù fuq ix-xhieda li tathom dik il-mara meta qaltilhom: ‘Qalli kulma għamilt,’ 40tant, li meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh biex jibqa’ magħhom, u hu qagħad hemm jumejn. 41Imbagħad ħafna oħrajn emmnu minħabba kliemu, 42u lill-mara qalulha: “issa mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu, imma għax aħna wkoll smajnieh, u sirna nafu li dan tassew hu s-salvatur tad-dinja.”#1 Ġw 4,14.
Ġesù jfejjaq bin uffiċjal
43Wara dawk il-jumejn Ġesù telaq minn hemm lejn il-Galilija;#Ġw 4,40. 44għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu.#Mt 13,57; Mk 6,4; Lq 4,24. 45Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.#Ġw 2,23. 46U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid. Issa f’Kafarnahum kien hemm uffiċjal tas-sultan u kellu lil ibnu marid.#Ġw 2,1-11. #Mt 8,5-6; Lq 7,1-3. 47Meta sama’ li mil-Lhudija Ġesù kien ġie fil-Galilija, mar għandu jitolbu jinżel u jfejjaqlu lil ibnu, għax kien wasal fl-aħħar. 48U Ġesù qallu: “Jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet ma temmnux!”#Dan 4,2. 49Qallu l-uffiċjal: “Inżel Mulej, qabel ma jmutli t-tifel!” 50Qallu Ġesù: “Mur, ibnek ħaj.” Ir-raġel emmen il-kelma li qallu Ġesù u telaq.#Mt 8,13; Mk 7,29. 51Huwa u nieżel, iltaqgħu miegħu l-qaddejja tiegħu u qalulu: “Ibnek ħaj.” 52Hu staqsiehom xħin kien meta beda jaqleb għall-aħjar, u huma qalulu: “Ilbieraħ fis-seba’ siegħa#4,52: Is-seba’ siegħa: is-siegħa ta’ wara nofsinhar. telqu d-deni.” 53Il-missier intebaħ li dak kien il-ħin meta Ġesù qallu: ‘Ibnek jgħix,’ u emmen hu u l-familja kollha tiegħu.#Atti 11,14; 16,14-31. 54Dan kien sinjal ieħor, it-tieni wieħed, li għamel Ġesù meta ġie l-Galilija mil-Lhudija.#Ġw 2,11-17; Ġw 6,2-3.
Currently Selected:
ĠWANNI 4: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.