YouVersion Logo
Search Icon

ĠWANNI 18

18
Kapitlu 18
Ġesù ttradut u arrestat
(Mt 26,47-56; Mk 14,43-50; Lq 22,47-53)
1Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron#18,1: Kedron: il-wied bejn Ġerusalemm u l-Għolja taż-Żebbuġ.; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu.#Mt 26,36; Mk 14,32. 2Ġuda, dak li ttradieh, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu.#Lq 21,37; 22,39. 3Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi.#Ġw 7,32-45. 4Ġesù, li kien jaf b’kulma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: “Lil min qegħdin tfittxu?” 5Huma weġbuh: “Lil Ġesù ta’ Nazaret.” U hu qalilhom: “Jiena hu.” Ġuda, dak li ttradieh, kien hemm magħhom huwa wkoll. 6Kif Ġesù qalilhom, ‘Jiena hu’, huma resqu lura u waqgħu mal-art. 7“Lil min qegħdin tfittxu?” raġa’ staqsiehom. U huma qalulu: “Lil Ġesù ta’ Nazaret.” 8Ġesù weġibhom: “Għedtilkom li jiena hu. Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru.” 9Dan sar biex iseħħ dak li Ġesù kien qal, ‘Minn dawk li tajtni, anqas wieħed biss ma tlift.’#Ġw 6,39; 17,12. 10Xmun Pietru kellu sejf, siltu, u darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija. Dan il-qaddej kien jismu Malku.#Lq 22,36-38. 11Imma Ġesù qal lil Pietru: “Erġa’ daħħal is-sejf fl-għant tiegħu. Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?”#Mt 20,22; 26,39; Mk 10,38; 14,36; Lq 22,42.
Ġesù quddiem il-qassis il-kbir
(Mt 26,27-58; Mk 14,53-54; Lq 22,54)
12Imbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien mal-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesù u rabtuh. 13L-ewwel ħaduh għand Anna#18,13: Anna: ara nota Lq 3,1., billi dan kien missier il-mara ta’ Kajfa, il-qassis il-kbir f’dik is-sena.#Lq 3,2; Ġw 18,24. #Ġw 11,49-51. 14Kajfa kien dak li ta parir lil-Lhud li jkun jaqbel li bniedem wieħed imut għall-poplu.
Pietru jiċħad lil Ġesù
(Mt 26,69-70; Mk 14,66-68; Lq 22,55-57)
15Xmun Pietru u dixxiplu ieħor marru wara Ġesù. Dan id-dixxiplu kien midħla tal-qassis il-kbir, u għalhekk daħal fil-bitħa tal-qassis il-kbir flimkien ma’ Ġesù.#Ġw 20,3. #Mt 26,58; Mk 14,54; Lq 22,54-55. 16Imma Pietru baqa’ barra ħdejn il-bieb. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien midħla tal-qassis il-kbir, ħareġ ikellem lill-purtinara, u daħħal lil Pietru ġewwa. 17Il-qaddejja li kienet mal-bieb qalet lil Pietru: “Int m’intix ukoll wieħed mid-dixxipli ta’ dan ir-raġel?” Hu weġibha: “Le, m’iniex.”#Ġw 18,25. 18Il-qaddejja u l-għases kienu kebbsu n-nar mill-faħam, għax kien il-bard, u qagħdu hemm għas-sħana. U Pietru wkoll qagħad magħhom għas-sħana.
Il-qassis il-kbir jistaqsi lil Ġesù
(Mt 26,59-66; Mk 14,55-64; Lq 22,66-71)
19Il-qassis il-kbir staqsa lil Ġesù fuq id-dixxipli u t-tagħlim tiegħu. 20Ġesù wieġbu: “Jiena tħadditt fil-beraħ, quddiem kulħadd. Għallimt dejjem fis-sinagoga u fit-tempju fejn jinġabru l-Lhud kollha, u bil-moħbi ma għedt xejn.#Mt 4,23; 26,55; Ġw 7,14-26. 21Għalfejn qiegħed tistaqsi lili? Staqsi lil dawk li semgħuni, x’għedtilhom. Huma jafu x’għedt.” 22Kif qal hekk, wieħed mill-għases li kien ħdejh ta daqqa ta’ ħarta lil Ġesù u qallu: “Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?”#Ġw 19,3; Atti 23,2. 23Ġesù qallu: “Jekk jien għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa’ jdejk fuqi?” 24Imbagħad Anna bagħat lil Ġesù marbut għand Kajfa, il-qassis il-kbir.#Lq 3,2; Ġw 18,13.
Pietru jerġa’ jiċħad lil Ġesù
(Mt 26,71-75; Mk 14,69-72; Lq 22,58-62)
25Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu: “Int m’intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?” Imma hu ċaħad u qal: “Le m’iniex.”#Ġw 18,17. 26Wieħed mill-qaddejja tal-qassis il-kbir, li kien jiġi minn dak ir-raġel li Pietru kien qatagħlu widintu, qal: “Mela jiena ma rajtekx miegħu fil-ġnien?”#Mt 26,51; Mk 14,47; Lq 22,49-50; Ġw 18,1-10. 27Pietru ċaħad għal darb’oħra; u minnufih idden is-serduk.#Mt 26,34; Mk 14,30; Lq 22,34; Ġw 13,38.
Ġesù quddiem Pilatu
(Mt 27,1-2.11-14; Mk 15,1-5; Lq 23,1-5)
28Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-Pretorju. Kien filgħodu kmieni. Huma ma daħlux fil-Pretorju, għax ma ridux jitniġġsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla tal-Għid#18,28: Biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla tal-Għid: id-djar tal-pagani kienu meqjusa bħala mniġġsa; ara Atti 10,28.. 29Pilatu#18,29: Pilatu: ara nota Mt 27,2. ħareġ barra ħdejhom u qalilhom: “X’akkuża għandkom kontra dan ir-raġel?” 30U huma weġbuh: “Li kieku dan ma kienx raġel ħażin aħna ma konniex nagħtuh f’idejk.” 31Pilatu qalilhom: “Ħuduh intom, u ġġudikawh intom skont il-liġi tagħkom.” Imma l-Lhud qalulu: “Aħna ma għandna setgħa noqtlu lil ħadd.”#Ġw 19,6-7. 32Dan ġara biex iseħħ dak li Ġesù kien qal meta fisser kif kellu jmut.#Mt 20,19; 26,2; Ġw 3,14; 8,28; 12,33. 33Pilatu raġa’ daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud?” 34Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?” 35Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja. X’għamilt?”#Ġw 1,11. 36Ġesù wieġeb: “Is-saltna tiegħi mhijiex ta’ din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta’ din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f’idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati mhijiex ta’ hawn.” 37Pilatu qallu: “Mela int sultan?” U Ġesù wieġeb: “Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma’ leħni.”#Ġw 3,32-33; 8,47; 1 Tim 6,13; 1 Ġw 4,6. 38Pilatu qallu: “U l-verità x’inhi?”
Ġesù kkundannat għall-mewt
(Mt 27,15-31; Mk 15,6-20; Lq 23,13-25)
Kif qal dan, raġa’ ħareġ quddiem il-Lhud u qalilhom: “Jiena ma nsib ebda ħtija fih. 39Issa intom għandkom id-drawwa li neħilsilkom wieħed fil-Għid. Tridunix neħilsilkom lis-sultan tal-Lhud?” 40Hawn huma mill-ġdid bdew jgħajtu u jgħidu: “Mhux lil dan, imma lil Barabba.” Dan Barabba kien brigant#18,40: Dan Barabba kien brigant: iż-żeloti, jiġifieri l-partitarji kontra Ruma, kienu jsejħulhom ukoll briganti, bil-Grieg lestai: ara nota Mt 10,4..#Atti 3,14.

Currently Selected:

ĠWANNI 18: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in