YouVersion Logo
Search Icon

ĠWANNI 12

12
Kapitlu 12
Id-dilka ta’ Ġesù f’Betanja
1Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet.#Ġw 11,1.43-44. 2Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù.#Lq 10,40. 3Marija ħadet libbra#12,3: Libbra: il-libbra Rumana kienet iġġib xi 327 gramm. fwieħa tan-nard#12,3: Nard: ara nota Mk 14,3. pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ.#Lq 7,37-38. 4Ġuda l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal:#Ġw 6,71. 5“Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?” 6Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kulma kienu jaqilgħu. 7Qallu Ġesù: “Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi.#Ġw 19,40. 8Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni.”#Dt 15,11.
Ftehim kontra Lazzru
9Kotra kbira ta’ Lhud saru jafu li hu kien qiegħed hemm, u marru mhux biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet.#Ġw 11,43-44. 10Għalhekk il-qassisin il-kbar ftiehmu li joqtlu lil Lazzru wkoll, 11għax minħabba fih ħafna mil-Lhud bdew jitilquhom u jemmnu f’Ġesù.#Ġw 11,45; S 118,25-26; Mt 27,42; Mk 15,32.
Id-daħla messjanika f’Ġerusalemm
(Mt 21,1-11; Mk 11,1-11; Lq 19,28-40)
12L-għada, il-folol ta’ nies#12,12: Il-folol ta’ nies: ara 11,55. li kienu ġew għall-festa, kif semgħu li Ġesù kien ġej Ġerusalemm, 13ħadu l-friegħi tal-palm u ħarġu jilqgħuh. U bdew jgħajtu:
“Hosanna! # 12,13: Hosanna: salvana; ara nota Mt 21,9.
Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!
Imbierek is-sultan ta’ Iżrael!”
14Ġesù sab felu u rikeb fuqu, kif hemm miktub, 15“Tibżax, bint Sijon!
Ara, ġej is-sultan tiegħek,
riekeb fuq felu ta’ ħmara.” # Żak 9,9.
16Għall-ewwel id-dixxipli tiegħu ma fehmuhomx dawn il-ħwejjeġ; iżda meta Ġesù kien igglorifikat, imbagħad ftakru li dan kien inkiteb fuqu, u hekk għamlulu. 17U fuq dan tat xhieda l-folla tan-nies li kienet miegħu meta sejjaħ lil Lazzru mill-qabar u qajmu mill-imwiet.#Ġw 11,43-44. 18Kien għalhekk ukoll li n-nies ħarġet tilqgħu, għax semgħet li kien għamel sinjal bħal dan. 19Imma l-Fariżej bejniethom qalu: “Qegħdin taraw kif m’intom se tagħmlu xejn! Ara, id-dinja kollha sejra warajh!”#Ġw 11,48.
Waslet is-Siegħa
20Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi#12,20: Kien hemm xi Griegi: setgħu kienu jew prosèliti, jiġifieri pagani li saru Lhud jew nies Griegi miġbuda lejn il-Lhud imwielda barra l-Palestina.. 21Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.”#Lq 19,3; 23,8; Ġw 1,44. 22Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù. 23U Ġesù weġibhom: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat.#Ġw 13,31-32; 17,1. 24Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.#1 Kor 15,36. 25Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem.#Mt 10,39; 16,25; Mk 8,35; Lq 9,24; 17,33. 26Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ.#Ġw 14,3; 17,24.
27“Issa qiegħed inħoss ruħi mħawda. U x’naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa.#S 6,3; 42,6.12; Mt 26,38; Mk 14,34. 28Missier, agħti glorja lil ismek.” Dak il-ħin instama’ leħen mis-sema: “Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa’ nigglorifikah.”#Mt 3,17; 17,5; Mk 1,11; 9,7; Lq 3,22; 9,35. 29In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: “Kellmu xi anġlu.”#Atti 23,9. 30Ġesù wieġeb: “Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikom.#Ġw 11,42. 31Il-ġudizzju ta’ din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta’ din id-dinja.#Ġw 9,39; 14,30; 16,11. 32U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art#12,32: U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art: espressjoni ambigwa li tista’ tfisser il-kruċifissjoni ta’ Ġesù jew il-glorifikazzjoni tiegħu. Iżda ngħidu wkoll li, għall-Evanġelista, it-tnejn imorru flimkien; ara 17,1 u nota 3,8., jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja.”#Ġw 3,14; 8,28. 33Hu qal dan biex jurihom b’liema mewt kien sejjer imut.#Ġw 18,32; 21,19. 34In-nies wieġbu: “Aħna smajna jingħad fil-Liġi li l-Messija għandu jibqa’ għal dejjem. Kif tiġi tgħidilna int li Bin il-bniedem għandu jintrefa’? U dan Bin il-bniedem min hu?”#S 89,37; 110,4; Dan 7,14. 35Qalilhom Ġesù: “Ftit ieħor baqagħlu magħkom id-dawl. Mela ibqgħu miexja sakemm għandkom id-dawl, biex id-dlam ma jilħaqkomx. Min jimxi fid-dlam ma jafx fejn hu sejjer.#Ġw 7,33; 8,12; 9,4; 11,10; 12,46; 1 Ġw 2,11. 36Sakemm għandkom id-dawl, emmnu fid-dawl, biex tkunu wlied id-dawl.”#Ef 5,8.
Il-Lhud ma jemmnux f’Ġesù
Wara li qalilhom dan, Ġesù telaq u nħeba minnhom. 37Hu kien għamel ħafna sinjali quddiemhom, u madankollu baqgħu ma emmnux fih, 38biex hekk isseħħ il-kelma tal-profeta Isaija li qal,
“Mulej, min emmen l-aħbar tagħna?
U driegħ il-Mulej lil min intwera?” # Is 53,1; Rum 10,16.
39Kien għalhekk li ma setgħux jemmnu, għax kif qal ukoll Isaija,
40“Huwa għalqilhom għajnejhom
u webbsilhom qalbhom,
li ma jmorrux jaraw b’għajnejhom
u jifhmu b’qalbhom u jduru lejja
u jiena nfejjaqhom.” # Is 6,10.
41Dan qalu Isaija, għax ra l-glorja tiegħu u tkellem fuqu.#Is 6,1. 42Imma madankollu ħafna mill-kapijiet emmnu fih ukoll, iżda minħabba l-Fariżej dan ma stqarrewhx, biex ma jitkeċċewx ’il barra mis-sinagoga.#Ġw 2,23; 7,31-48; 8,30; 9,22; 10,42; 11,45. 43Għalihom kienet aktar għażiża l-glorja tal-bnedmin mill-glorja ta’ Alla.#Ġw 5,44.
44Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni;#Mt 10,40; Ġw 5,24. 45u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni.#Ġw 14,9. 46Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam.#Ġw 3,19; 8,12; 9,5; 12,35. 47Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja.#Mt 7,26; Ġw 3,17; 8,15. 48Min imaqdar lili u ma jilqax kliemi, hemm min jagħmel ħaqq minnu: il-kelma li jiena għedt; tkun hi li tagħmel ħaqq minnu fl-aħħar jum. 49Għax jien ma għedt xejn minn moħħi, imma kien dak li bagħatni, jiġifieri l-Missier, li ordnali xi ngħid u nitkellem.#Ġw 7,17. 50U jiena naf li l-ordni tiegħu hija l-ħajja ta’ dejjem. Dak li ngħid jien, ngħidu kif qalli l-Missier.”#Ġw 8,26-28.

Currently Selected:

ĠWANNI 12: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in