YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 49

49
Kapitlu 49
Il-Qaddej tal-Mulej: dawl għall-ġnus
1Isimgħuni, gżejjer#49,1: Isimgħuni gżejjer: l-artijiet imbiegħda u x-xtut tal-Mediterran. It-tieni għanja jew oraklu dwar il-Qaddej tal-Mulej: 49,1-7.,
agħtuni widen, popli mbiegħda!
Il-Mulej mill-ġuf sejjaħli,
mill-ġewwieni ta’ ommi ftakar f’ismi.#S 2,7; Is 41,1-9; 43,1; 44,2; 46,3; Ġer 1,5; Gal 1,15.
2Għamilli fommi xabla misnuna,
taħt id-dell ta’ idu ħbieni.
Għamel minni vleġġa maħtura,
fil-barżakka tiegħu ħbieni.#Lhud 4,12; Apk 1,16; 19,15.
3U qalli:
“Iżrael#49,3: Iżrael: il-Qaddej tal-Mulej jiġbor fih l-aħjar fost il-poplu ta’ Iżrael storiku., inti l-qaddej tiegħi,
bik jiena nkun imfaħħar.”#Mt 3,17.
4U jien għedt: “Għalxejn inkeddejt,
u fix-xejn ħlejt saħħti.”
Imma f’idejn il-Mulej il-kawża tiegħi,
u l-ħlas tiegħi għand Alla tiegħi.#Is 53,10-12; Fil 2,16.
5Issa tkellem il-Mulej,
li minn ġuf ommi għamilni qaddej tiegħu,
biex għandu rraġġa’ lura ’l Ġakobb,
u biex Iżrael jinġabar miegħu mill-ġdid,
għax jien kont imfaħħar f’għajnejn il-Mulej,
u Alla tiegħi kien il-qawwa tiegħi.#Ġw 17,5; Fil 2,8-11.
6Hu qalli:
“Tkun ħaġa żgħira wisq għalik,
li inti tkun il-qaddej tiegħi,
biex tqajjem it-tribù ta’ Ġakobb,
u traġġa’ lura l-fdal ta’ Iżrael.
Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus#49,6: Dawl għall-ġnus: il-Qaddej tal-Mulej isejjaħ ukoll lill-pagani għall-konverżjoni; ara Lq 2,32.,
biex is-salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex.”#Is 42,6; 44,5; 45,14; Lq 2,32; Atti 13,47; 26,23.
7Dan jgħid il-Mulej, il-feddej ta’ Iżrael, il-Qaddis tiegħu,
lil wieħed imkasbar min-nies,
mistmerr mill-poplu,
lill-qaddej tal-ħakkiema:
“Is-slaten għad jaraw u jqimu,
u l-prinċpijiet iqimu wiċċhom fl-art,
minħabba l-Mulej li hu fidil,
il-Qaddis ta’ Iżrael,
Dak li ħatrek.”#Is 41,14; 49,23; 55,5; 60,10.
Sijon tqum mill-ġdid
8Dan jgħid il-Mulej:
“Fiż-żmien it-tajjeb smajtek,
u f’jum is-salvazzjoni għentek.
Ħaristek u għamilt minnek patt mal-poplu,
biex nerġa’ nqajjem l-art,
u nqassam il-wirt imħarbat;#Is 42,6; 2 Kor 6,2.
9biex ngħid lill-imjassrin: ‘Oħorġu!’
u lil dawk li huma fid-dlam: ‘Ejjew għad-dawl!”
Huma jirgħu matul it-triq,
u fuq kull għolja għerja jsibu l-mergħa tagħhom.#Is 42,18-20.
10Ma jeħodhomx il-ġuħ u anqas l-għatx,
u ma tolqothomx is-sħana u lanqas ix-xemx.
Għax min ħenn għalihom imexxihom,
u jgħaddihom minn ħdejn għejun ta’ ilma.#Is 4,5-6; 25,4-5; 51,14; Apk 7,16.
11Minn kull muntanja nagħmel triq,
u ngħolli l-mogħdijiet tiegħi.#Is 11,16; 40,3-4.
12Ara, dawn jiġu mill-bogħod;
ara, dawn mit-Tramuntana u l-Punent,
u dawn mill-art ta’ Sinim#49,12: Sinim: jew Sijeni, illum Aswan fin-Nofsinhar tal-Eġittu, ħdejn l-ewwel kaskata fejn kien hemm kolonja Lhudija..
13Għannu, o smewwiet,
aqbeż bil-ferħ, o art,
infexxu fl-għana, o muntanji!
Għax farraġ il-Mulej lill-poplu tiegħu;
u ħenn għall-imsejknin tiegħu!#Is 40,1; 44,23; Ġer 51,48; Apk 12,12; 18,20.
14U Sijon kienet tgħid:
‘Ħallieni l-Mulej,’
u: ‘Sidi nsieni.’#S 22,2-3; Is 40,27; 54,8; Hos 11,8-9.
15Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħha,
u ma tħennx għal bin ġufha?
Imqar jekk din tinsa,
jien ma ninsiek qatt!#Is 43,4; 44,21; 46,3-4.
16Ara! Naqqaxtek fuq kefef idejja#49,16: Naqqaxtek fuq il-kefef ta’ jdejja: biex nibqa’ niftakrek; ara Eż 13,9; Dt 6,6-9.;
ħitanek dejjem quddiemi.
17Il-bennejja tiegħek ġejjin imgħaġġla;
jitbiegħed minnek min ġarrfek u ħarbtek.
18Erfa’ għajnejk u ħares madwarek.
Ilkoll inġabru, ġejjin lejk.
Daqs kemm jien ħaj, jgħid il-Mulej,
tilbishom kollha biex tiżżejjen,
titħażżem bihom bħal għarusa.#Is 60,4.
19Għax il-ħrieb tiegħek,
it-tħarbit tiegħek,
u l-art imħarbta tiegħek,
nerġa’ ntellagħhom.
Issa int djieqt għal niesek,
u tbiegħdu dawk li ħarbtuk.
20L-ulied li inti wlidt fl-hemm
għad jgħidulek f’widnejk:
‘Żgħir il-post għalija;
agħmilli l-wisa’ fejn ngħammar.’#Is 54,1-3.
21Imbagħad int tgħid f’qalbek
‘Min welidli ’l dawn,
meta jien bla tfal, ħawlija,
kont ilsira u mitluqa?
Min rabbihomli?
Ara! Jien kont bqajt waħdi
minn fejn ġew dawn?’#Is 65,23; Ġer 31,27.
22Dan jgħid Sidi l-Mulej:
Arawni! Se nagħti sinjal lill-ġnus,
u ngħolli l-istendard tiegħi għall-popli,
u jġibu s-subien tiegħek fuq dirgħajhom,
u l-bniet tiegħek iġorruhom fuq spallejhom.#Is 5,26; 13,2; 60,4-9; Bar 5,6.
23U jkunu s-slaten li jrabbuk,
u l-irġejjen tagħhom li jreddgħuk.
Imilu b’wiċċhom fl-art quddiemek,
u t-trab ta’ riġlejk jilagħqu.
U int tkun taf li jien il-Mulej,
li min jittama fija, ma jitħawwadx.#Is 30,18; 60,14-16.
24Tista’ tittieħed il-priża minn id il-qawwi?
jew jinħelsu l-ilsiera minn id it-tirann?#Ġer 31,11; Lq 11,21-22.
25Għax dan jgħid il-Mulej:
“Iva! Jittieħdu l-ilsiera minn id il-qawwi;
il-priża tat-tirann tinħeles.
U jiena stess neħodha ma’ dawk li ħaduha miegħek,
u jiena stess insalva lil uliedek.
26U ’l dawk li ħaqruk inġagħalhom jieklu laħamhom stess,
u jiskru b’demmhom bħal bl-inbid ġdid.
U kull bniedem ikun jaf
li jien il-Mulej, il-Ħellies tiegħek,
il-Feddej tiegħek, il-Qawwi ta’ Ġakobb.”#Is 9,19; 19,2; 41,14; 60,16; Eżek 38,21; Żak 14,13; Apk 16,6.

Currently Selected:

ISAIJA 49: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in