YouVersion Logo
Search Icon

ĠENESI 28

28
Kapitlu 28
1U Iżakk sejjaħ lil Ġakobb u bierku, ordnalu u qallu: “La tiħux mara mill-bniet ta’ Kangħan.#Ġen 24,3-4; 26,35. 2Qum u mur Fiddien-aram fid-dar ta’ Betwel, missier ommok, u ħu mara minn hemm, minn fost il-bniet ta’ Laban, ħu ommok.#Ġen 22,22-23. 3U El-Xaddaj ibierkek, ikattrek u jkabbrek, u ssir ġemgħa ta’ ġnus.#Ġen 17,1-5. 4U jagħtik il-barka ta’ Abraham, lilek u lil nislek miegħek, biex tiret l-art fejn int frustier, li Alla ta lil Abraham.”#Eż 32,13. 5U Iżakk bagħat lil Ġakobb, u dan telaq lejn Fiddien-aram għand Laban bin Betwel l-Arami, ħu Rebekka, omm Ġakobb u Għesaw.#Ġdt 8,26.
6U Għesaw ra li Iżakk bierek lil Ġakobb, u li bagħtu f’Fiddien-aram biex jieħu mara minn hemm, u meta kien ibierku ordnalu u qallu: “La tiħux mara minn fost il-bniet ta’ Kangħan.” 7U Ġakobb sama’ minn missieru u ommu, u mar Fiddien-aram. 8U ra wkoll Għesaw li l-bniet ta’ Kangħan kienu jidhru koroh f’għajnejn Iżakk missieru. 9Għalhekk Għesaw mar għand Ismagħel, u, barra n-nisa li diġà kellu, ħa b’martu lil Maħalat, bint Ismagħel bin Abraham, oħt Nebajot.#Ġen 25,12-14; 36,2-3.
Il-ħolma ta’ Ġakobb
10U Ġakobb ħareġ minn Birsaba u telaq lejn Ħaran.#Għerf 10,10. 11U wasal f’post sagru#28,11: U wasal f’post sagru: maqom, is-santwarju qadim ta’ Betel sa minn qabel Abraham, u baqa’ sal-waqgħa tas-Saltna ta’ Iżrael fis-sena 721 QK, u waqaf biex jgħaddi l-lejl, għax ix-xemx kienet niżlet, u ħa waħda mill-ħaġar li kien hemm u għamilha mħadda għal rasu, u raqad f’dak il-post sagru. 12U ħolom, u ra sellum wieqaf fl-art bil-quċċata tiegħu fis-sema#28,12: Sellum wieqaf fl-art bil-quċċata tiegħu fis-sema: Ġakobb ra xi ħaġa bħaż-żiggurat tal-Babiloniżi, torri għoli f’nofs il-belt u santwarju fuq il-quċċata; ara Ġen 11,4.; u beda jara l-anġli telgħin u niżlin miegħu.#Ġw 1,51. 13U lemaħ il-Mulej wieqaf ħdejh, u dan qallu: “Jien il-Mulej, Alla ta’ Abraham, missierek, u Alla ta’ Iżakk. L-art li int rieqed fuqha lilek nagħtiha u lil nislek.#Dt 1,8; Mik 7,20. 14U jkun nislek bħat-trab tal-art, u int għad tinfirex lejn il-Punent u lejn il-Lvant, lejn it-Tramuntana u lejn in-Nofsinhar u jitbierku bik u bin-nisel tiegħek it-tribujiet kollha tal-art.#Ġen 12,2-3; 13,14-15; 15,5-6; 18,18; 22,17-18; 26,4; Dt 19,8; Sir 44,21. 15Arani, jien miegħek u nħarsek kull fejn tmur, u nerġa’ nġibek f’din l-art, għax jien ma nitilqekx qabel ma ntemm kulma għedtlek.”#Ġen 31,3.
16Imbagħad stenbaħ Ġakobb mir-raqda tiegħu u qal: “Tassew hawn Alla f’dan il-post, u jien ma ntbaħtx.” 17U beża’ u qal: “Kemm hu tal-biża’ dan il-post sagru. Dan mhux ħlief dar Alla, u dan bieb is-smewwiet!”#Eż 19,12. 18U Ġakobb qam kmieni filgħodu, u ħa l-ħaġra li kien qiegħed taħt rasu, u waqqafha bħala plier#28,18: Waqqafha bħal plier: bil-Lhudi masseba, ħaġra wieqfa b’tifkira ta’ xi ħaġa. Dawn il-plieri kienu jwaqqfuhom il-pagani b’sens reliġjuż; aktar tard il-liġi ta’ Mosè pprojbiethom minħabba r-rabta tagħhom mal-allat foloz tal-fertilità; ara Eż 34,13; Lev 20,1; Dt 12,13; 16,22., u sawwab iż-żejt fuq rasha.#Ġen 31,13; 35,14-15; Eż 23,24. 19U semma dak il-post Betel, dar Alla, waqt li qabel il-belt kien jisimha Luż.#Ġen 35,6; 48,3; Ġoż 18,13; Mħ 1,23; Hos 12,5. 20U Ġakobb għamel wegħda u qal: “Jekk Alla jkun miegħi, u jħarisni fit-triq li jien qbadt, u jipprovdili ħobż x’niekol u lbies x’nilbes, 21u nerġa’ lura bis-sliema lejn dar missieri, Alla tiegħi jkun il-Mulej. 22U din il-ħaġra, li jien waqqaft bħala plier, tkun Dar Alla, u minn kulma tagħtini, nagħtik l-għexur.”#Għam 4,4.

Currently Selected:

ĠENESI 28: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in