ĠENESI 13
13
Kapitlu 13
Abram u Lot jinfirdu
1U Abram tala’ mill-Eġittu, hu u martu, b’kulma kellu, u Lot miegħu lejn in-Negeb.#Ġen 12,9. 2U Abram stagħna ħafna b’imrieħel, fidda u deheb.#S 112,1-3; Prov 10,22. 3U raġa’ lura fuq triqtu min-Negeb sa Betel, sal-post fejn qabel kellu l-għarix bejn Betel u Għaj, 4sa fejn l-artal li kien għamel qabel; u hemm sejjaħ isem il-Mulej.#Ġen 12,8.
5U Lot ukoll, li kien ġie ma’ Abram, kellu mrieħel, baqar u għerejjex. 6U l-art ma kinitx tiflaħ għalihom li jgħammru flimkien, għax ġidhom kien kbir u ma setgħux jgħammru flimkien.#Ġen 36,7. 7U kien hemm tilwima bejn ir-rgħajja tal-imrieħel ta’ Abram u bejn ir-rgħajja tal-imrieħel ta’ Lot. U l-Kangħanin u l-Periżżin kienu għadhom jgħammru l-art. 8U Abram qal lil Lot: “Ma għandux ikun hemm ġlied bejni u bejnek, u bejn ir-rgħajja tiegħi u r-rgħajja tiegħek, għax aħna aħwa. 9Mhix l-art kollha quddiemek? Tbiegħed minni, nitolbok. Jekk tiġbed lejn ix-xellug, jien immur lejn il-lemin, u jekk tiġbed lejn il-lemin, jien immur lejn ix-xellug.”
10U Lot rafa’ għajnejh, u ra li l-inħawi kollha madwar il-Ġordan kien kollu raba’ saqwi - qabel ma l-Mulej qered lil Sodoma u ’l Gomorra - bħall-ġnien tal-Mulej#13,10: Bħall-ġnien tal-Mulej: bħall-ġnien tal-Għeden. F’moħħ in-nies tal-qedem, il-ġonna, jew aħjar l-oasi fid-deżert, kienu l-għamajjar tal-allat. u bħall-art tal-Eġittu sa ħdejn Sogħar. 11U Lot għażel l-inħawi kollha madwar il-Ġordan u telaq lejn il-Lvant; u hekk tbiegħdu minn xulxin. 12Abram baqa’ jgħammar fl-art ta’ Kangħan u Lot beda jgħammar fl-ibliet tal-wied u waqqaf l-għerejjex sa Sodoma. 13Imma n-nies ta’ Sodoma kienu ħżiena u midinba ħafna quddiem il-Mulej.#Ġen 18,20; Eżek 16,49; 2 Pt 2,6-8; Ġuda 7.
14U l-Mulej kellem lil Abram wara li Lot kien tbiegħed minnu: “Arfa’ għajnejk u ħares mill-post fejn int qiegħed, lejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, lejn il-Lvant u l-Punent;#Ġen 28,14. 15l-art kollha li qiegħed tara, lilek nagħtiha u lil nislek għal dejjem.#Ġen 12,7; Lq 1,55; Atti 7,5. 16U nagħmel lil nislek bħat-trab tal-art. Jekk xi ħadd jista’ jgħodd it-trab tal-art, lil nislek ukoll ikun jista’ jgħodd.#Ġen 22,17; Num 23,10. 17Qum u aqsam l-art minn tulha u mill-wisa’ tagħha, għax lilek se nagħtiha.” 18U rafa’ Abram l-għarix u mar jgħammar ħdejn il-balluta ta’ Mamri, li hemm f’Ħebron. U bena hemm artal lill-Mulej.#Ġen 14,13.
Currently Selected:
ĠENESI 13: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.