EŻEKJEL 35
35
Kapitlu 35
L-oraklu kontra Edom
1Ġara li ġiet fuqi l-kelma tal-Mulej, u qalli:#Dt 2; Eżek 25,12-14.
2“O bniedem, dawwar wiċċek lejn il-muntanja ta’ Xegħir#35,2: Il-muntanja ta’ Xegħir: fin-Nofsinhar ta’ Ġuda, fejn kienu jgħammru l-Edumin, l-għedewwa ta’ Iżrael. Dawn okkupaw l-art meta din tbattlet mil-Lhud eżiljati.,
u ħabbar kontriha, 3u għidilha:
‘Dan jgħid Sidi l-Mulej:
Arani! Jien kontrik, muntanja ta’ Xegħir,
kontrik immidd idi,
u nagħmel minnek ħerba fuq ħerba.
4Blietek nagħmilhom ħerba,
u ħerba ssir minnek!
U mbagħad tkun taf li jien il-Mulej!
5“Int dejjem kellek l-odju għal ulied Iżrael u rħejthom għall-qawwa tax-xabla fi żmien il-qerda tagħhom, fi żmien l-aħħar ħtija. 6“Għalhekk, daqs kemm jien ħaj, oraklu tal-Mulej, għad-demm ħejjejtek, u d-demm jiġri warajk; int bgħadt lil demmek u d-demm għad jiġri warajk.#Apk 16,6. 7Nagħmel minn Xegħir ħerba u deżert, u neqred minnha ’l min ġej u sejjer. 8U nimla bil-mejtin il-muntanji tiegħek; u għoljietek, widienek, il-ħniedaq tiegħek fihom għad jaqgħu l-maqtulin bix-xabla.
9Nagħmel minnek ħerba għal dejjem,
u blietek aktar ma jitgħammrux;
imbagħad tkunu tafu li jien il-Mulej.
10“Int għedt: ‘Iż-żewġ popli u ż-żewġ pajjiżi#35,10: Iż-żewġ popli u ż-żewġ pajjiżi: is-saltniet ta’ Iżrael fit-Tramuntana u Ġuda fin-Nofsinhar, li issa spiċċaw it-tnejn għalkollox. Edom se jiġrilha bħalhom; ara v. 15. huma tiegħi u rrid neħodhom’, għalkemm kien hemm il-Mulej; 11għalhekk, daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, inġib ruħi miegħek skont l-għadab u l-għira tiegħek, li bihom ġibt ruħek magħhom skont il-mibegħda tiegħek, u nurik x’jien meta nagħmel ħaqq minnek. 12U tkun taf li jien il-Mulej. Smajt it-tagħjir kollu li int lissint kontra l-muntanji ta’ Iżrael meta għedt: ‘Saru ħerba! Hekk lesti għalina biex nibilgħuhom.’
13“Tkabbartu kontrija b’fommkom u kattartu kliemkom kontrija, u jiena smajt.
14“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Bħalma fraħt int minħabba l-ħerba ta’ arti, hekk nagħmel lilek. 15Bħalma fraħt int bit-tħarbit tal-wirt ta’ dar Iżrael, hekk nagħmel minnek.
Ħerba għad tkun il-muntanja ta’ Xegħir
u Edom kollu jisfa’ fix-xejn.
U mbagħad ikunu jafu li jien il-Mulej.”
Currently Selected:
EŻEKJEL 35: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.