YouVersion Logo
Search Icon

EFESIN 3

3
Kapitlu 3
Il-missjoni ta’ Pawlu fost il-pagani
1Għalhekk jiena, Pawlu, jien, il-priġunier ta’ Kristu Ġesù minħabba fikom il-pagani#3,1: Minħabba fikom il-pagani: jiġifieri intom il-pagani li sirtu nsara. Sentenza mhix kompluta; ara Rum 9,24; 5,12; 15,23-24; 2 Kor 5,6-7; Ef 2,2.#Ef 4,1; Fil 1,7-13; Film 1,9. 2jekk, kif tassew ġara, intom smajtu bil-pjan tal-grazzja li Alla tani għall-ġid tagħkom,#Kol 1,23. 3jiġifieri, li permezz ta’ rivelazzjoni għarrafni l-misteru#3,3: Għarrafni l-misteru: il-pjan tas-salvazzjoni mfassal mill-Providenza ta’ Alla; ara Ef 1,9-10., bħalma ġa ktibtilkom fil-qosor.#Ef 1,9-10; Kol 1,26. 4Minn dak li qrajtu tistgħu tifhmu sewwa kemm jiena dħalt fil-qalb tal-misteru ta’ Kristu. 5Dan hu l-misteru li fil-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija ma kienx mgħarraf lill-bnedmin bħalma issa ġie rrivelat lill-appostli qaddisa tiegħu u lill-profeti fl-Ispirtu, 6jiġifieri, li l-pagani huma msejħa biex ikollhom sehem mill-istess wirt, ikunu membri tal-istess ġisem, ikollhom sehem mill-istess wegħda, fi Kristu Ġesù permezz tal-Evanġelju.#Ef 2,13-19. 7Ta’ dan l-Evanġelju jiena sirt ministru skont id-don tal-grazzja li Alla tani, skont is-setgħa tal-qawwa tiegħu.#Kol 1,23-25. 8Lili, l-iżgħar fost il-qaddisin kollha, ngħatatli din il-grazzja li nxandar fost il-pagani l-Evanġelju tal-għana ta’ Kristu, għana li ebda moħħ ma jista’ jifhmu,#1 Kor 15,9-10; Gal 1,16; Ef 1,17. 9u li noħroġ għad-dawl quddiem kulħadd kif Alla temm il-pjan tal-misteru, li kien moħbi sa minn dejjem f’Alla li ħalaq kollox.#Rum 16,25; Kol 1,26. 10B’hekk l-għerf ta’ Alla, għerf ta’ kull xorta ta’ mezzi, ikun issa mgħarraf permezz tal-Knisja lill-Prinċpijiet u lis-Setgħat tas-sema#3,10: Lis-Setgħat tas-sema: ara Kol 1,16.,#Rum 11,33; 1 Pt 1,12. 11skont il-pjan li hu kien fassal sa minn dejjem fi Kristu Ġesù Sidna. 12Bih aħna għandna l-ħila nersqu permezz tal-fidi tagħna fih.#Rum 5,20; Lhud 4,16; 10,19. 13Għalhekk nitlobkom: tħallux it-tbatijiet li jien għaddej minnhom minħabba fikom jaqtgħulkom qalbkom; dawn huma l-glorja tagħkom!#Kol 1,24.
L-imħabba ta’ Kristu għalina
14Jiena ninżel għarkupptejja quddiem il-Missier 15li minnu tieħu isimha kull familja fis-sema u fl-art, 16biex skont l-għana tal-glorja tiegħu, jagħtikom li bil-qawwa tiegħu permezz tal-Ispirtu tiegħu, tissaħħu fil-bniedem ta’ ġewwa,#Kol 1,11. 17u li Kristu jgħammar f’qalbkom permezz tal-fidi, biex tniżżlu l-għeruq tagħkom fl-imħabba u fuqha tibnu ħajjitkom.#Ġw 14,23; Kol 1,23; 2,7. 18B’hekk tkunu tistgħu tifhmu, flimkien mal-qaddisin kollha, x’inhu l-wisa’ u t-tul, l-għoli u l-fond#3,18: L-għoli u l-fond…: sentenza oħra mhix mitmuma; nistgħu nżidu: l-fond tal-misteru; ara l-vv 3-11. L-Appostlu qiegħed jisforza biex isib il-kliem u x-xbihat biex ifisser dak li ma jistax jitfisser: l-imħabba ta’ Kristu għalina.’ tal-imħabba ta’ Kristu;#Kol 2,2. 19tagħrfu kemm din l-imħabba ta’ Kristu tisboq kull għerf, biex timtlew bil-milja kollha ta’ Alla.#Kol 2,10.
20Lil dak Alla li, bis-setgħa tiegħu li taħdem fina, għandu l-qawwa li jagħmel kollox bil-wisq iżjed milli aħna nistgħu nitolbu jew naħsbu,#Kol 1,29. 21lilu l-glorja fil-Knisja u permezz ta’ Kristu Ġesù, għal kemm itulu ż-żminijiet, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Currently Selected:

EFESIN 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in