KOLOSSIN 4
4
Kapitlu 4
1Intom, sidien, agħtu lill-ilsiera tagħkom il-ħaqq u s-sewwa, u kunu afu li intom ukoll għandkom sid fis-sema.#Lev 25,53; Ef 6,9.
Eżortazzjoni
2Żommu sħiħ fit-talb, ishru fih b’radd ta’ ħajr lil Alla.#Ef 6,18; Fil 4,6; 1 Tess 5,17. 3Itolbu wkoll għalina, biex Alla jiftħilna l-bieb għall-kelma u nxandru l-misteru ta’ Kristu, li minħabba fih jien marbut bil-ktajjen.#Rum 15,30; 1 Kor 16,9; Ef 6,19; 2 Tess 3,1. #Ef 6,20. 4Itolbu ħalli jiena nxandru u nitkellem fuqu kif għandi nitkellem. 5Imxu bil-għaqal ma’ dawk li huma barranin għalina; inqdew tajjeb b’kull okkażjoni.#Ef 5,15-16; 1 Tess 4,11-12. 6Ħa tkun dejjem il-kelma tagħkom kollha ħlewwa, imħawra bil-melħ tal-għerf, biex tkunu tafu twieġbu sewwa lil kulħadd.#Mk 9,50; Ef 4,29; 1 Pt 3,15.
L-aħħar tislijiet
7Tikiku, ħija l-għażiż, il-qaddej fidil u ħaddiem miegħi fil-Mulej, jagħtikom aħbari.#Ef 6,21-22. 8Għalhekk jien bgħattu għandkom, biex tkunu tafu fiex ninsab u jqawwilkom qalbkom. 9Bgħattu ma’ Oneżimu, ħija l-għażiż u fidil, u wieħed minnkom ukoll. Huma jgħarrfukom b’kulma qiegħed jiġri hawnhekk.#Film 10-12.
10Isellmilkom Aristarku, fil-ħabs miegħi, u Marku, il-kuġin ta’ Barnaba - ġa għandkom l-ordnijiet dwaru; jekk jiġi għandkom ilqgħuh tajjeb -#Atti 12,12-25; 13,13; 15,37-39; 19,29; 27,2; Film 24. 11u Ġożwè, li jgħidulu Ġustu. Dawn biss mil-Lhud li qegħdin jaħdmu miegħi għas-Saltna ta’ Alla, u huma ta’ faraġ kbir għalija. 12Isellmilkom Epafra, wieħed minnkom, qaddej ta’ Kristu Ġesù; dejjem iħabrek għalikom fit-talb biex intom iżżommu ruħkom sħaħ, perfetti u mwettqin fir-rieda ta’ Alla.#Kol 1,7; Film 23. 13Nixhidlu jien li hu jitħabat ħafna għalikom u għal dawk ta’ Laodiċija u dawk ta’ Ġerapoli#4,13: Ġerapoli: ara Kol 2,1.. 14Isellmilkom Luqa, it-tabib għażiż, u Dema.#2 Tim 4,10.11; Film 24. 15Selluli għall-aħwa f’Laodiċija u għal Ninfa u l-knisja li tinġabar f’darha. 16Meta tkunu qrajtu din l-ittra, ħudu ħsieb li jaqrawha wkoll fil-knisja ta’ Laodiċija u intom taqraw l-ittra ta’ Laodiċija#4,16: Intom taqraw l-ittra ta’ Laodiċija: ittra mitlufa. Xi wħud jaħsbu li din hi l-ittra lill-Efesin; ara Ef 1,1.. 17Għidu lil Arkippu: Aħseb fil-ministeru li ħadt mill-Mulej, biex tagħmlu sewwa.#Film 2.
18It-tislija tiegħi, b’idi stess, Pawlu. Ftakru fil-ktajjen tiegħi. Il-grazzja tkun magħkom.#1 Kor 16,21; 2 Tess 3,17.
Currently Selected:
KOLOSSIN 4: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.