1 TESSALONIKIN 1
1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu u Silvanu u Timotju lill-knisja ta’ Tessalonika#1,1: Tessalonika: belt fit-Tramuntana tal-Greċja, illum Salonika; ara Atti 17,1-9; 1 Tess 2,1-2. f’Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu: grazzja lilkom u sliem.#Atti 17,1; 2 Tess 1,1.
Il-fidi u l-eżempju tat-Tessalonikin
2Aħna kull ħin niżżu ħajr lil Alla minħabba fikom ilkoll, u niftakru fikom dejjem meta nitolbu.#Fil 1,3-4; Kol 1,3; 2 Tess 1,11. 3Niftakru fil-ħidma li hi ġejja mill-fidi tagħkom u fit-taħbit li ħiereġ minn imħabbitkom; niftakru fil-qawwa tat-tama tagħkom f’Sidna Ġesù Kristu quddiem Alla Missierna.#Kol 1,4-5. 4Aħna nafu, l-aħwa, li Alla jħobbkom u għażilkom. 5Għax l-Evanġelju tagħna lilkom ma kienx biss bil-kliem, imma wkoll bil-qawwa, bl-Ispirtu s-Santu u b’persważjoni sħiħa; intom tafu kif ġibna ruħna meta konna fostkom għall-ġid tagħkom.#1 Kor 2,4-5; 4,20. 6Intom sirtu tixbhu lilna u l-Mulej, billi lqajtu l-kelma fost ħafna taħbit bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu.#Atti 17,5-9; 2 Tess 3,9. 7Hekk intom sirtu mudell għal dawk kollha li emmnu fil-Maċedonja u l-Akaja#1,7: Akaja: provinċja Rumana fin-Nofsinhar tal-Greċja tal-lum; ara 2 Kor 1,1..#1 Pt 5,3. 8Mhux biss il-kelma tal-Mulej ħarġet minn għandkom u xterdet fil-Maċedonja u l-Akaja, imma l-fidi li għandkom f’Alla xterdet ma’ kullimkien b’mod li aħna ma għandna għalfejn ngħidu xejn.#Rum 1,8. 9Huma stess jgħidu x’laqgħa kellna għandkom, u kif dortu lejn Alla u tlaqtu l-idoli biex taqdu lil Alla ħaj u veru#Atti 14,15. 10u tistennew ġej mis-sema lil Ibnu, li hu qajjem mill-imwiet, Ġesù li ħelisna mill-korla li ġejja.#Atti 17,31; 1 Tess 5,9; Tit 2,13.
Currently Selected:
1 TESSALONIKIN 1: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.