YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 18

18
Kapitlu 18
Pawlu f’Korintu
1Wara dan, Pawlu ħalla Ateni u mar Korintu#18,1: Korintu: il-belt kapitali tal-provinċja ta’ Akaja, illum biċċa mill-Greċja, fuq il-passaġġ mill-Baħar Eġew għall-Baħar Adrijatiku. Il-belt kienet imsemmija għall-kompetizzjonijiet sportivi li kienu jsiru fiha kull sentejn u għad-drawwiet laxki tagħha.. 2Hemm sab wieħed Lhudi minn Pontu#18,2: Pontu: il-provinċja fit-Tramuntana tal-Asja Minuri, illum it-Turkija, fuq ix-xatt tal-Baħar l-Iswed. Klawdju: ara nota 11,28. Dan id-digriet ħareġ fis-sena 49 jew 50 WK., jismu Akwila, li kien għadu kemm wasal mill-Italja ma’ martu Prixxilla; għax l-imperatur Klawdju kien ordna biex il-Lhud kollha jitilqu minn Ruma. Pawlu mar għandhom#Rum 16,3. 3u, billi kellu l-istess sengħa tagħhom, qagħad jaħdem magħhom. Is-sengħa tagħhom kienet li jagħmlu t-tined.#Atti 20,34; 1 Kor 4,12. 4Kull nhar ta’ Sibt kien imur jiddiskuti fis-sinagoga u jfittex li jipperswadi lil-Lhud u l-Griegi.
5Meta Sila u Timotju waslu mill-Maċedonja#18,5: Maċedonja: provinċja fit-Tramuntana tal-Greċja; ara 16,10., Pawlu ta ruħu kollu kemm hu għax-xandir tal-kelma, u kien jixhed lil-Lhud li Ġesù huwa l-Messija.#Atti 9,22; 17,3.14-15; 18,28. 6Iżda huma waqfulu u bdew jidgħulu, u għalhekk Pawlu farfar ħwejġu#18,6: Farfar ħwejġu: biex jurihom li ma riedx ikollu x’jaqsam iżjed magħhom; ara Mt 10,14; Atti 13,51. Intom taħtu: litteralment “demmkom fuq raskom”, biex jurihom li huma kienu responsabbli għal għemilhom. u qalilhom: “Intom taħtu għat-telfien tagħkom, jien ma għandix ħtija! Minn issa ’l quddiem se ngħaddi għal għand il-pagani.”#Mt 10,14; Mk 6,11; Lq 9,3; 10,10-11; Atti 13,45-46; 20,26. 7Imbagħad telaq minn hemm u mar għand wieħed jismu Titu Ġustu, li kien iqim lil Alla#18,7: Kien iqim lil Alla: ara nota 13,16. Il-familja tiegħu kollha: ara nota 10,2., u li daru kienet maġenb is-sinagoga. 8Krispu, il-kap tas-sinagoga, u l-familja tiegħu kollha emmnu fil-Mulej, u ħafna mill-Korintin, li kienu jisimgħu lil Pawlu, emmnu huma wkoll u tgħammdu.#Atti 16,15-33; 1 Kor 1,14. 9Darba billejl il-Mulej deher lil Pawlu u qallu: “La tibżax, imma tkellem u tiskotx,#Is 41,10; 43,5; Ġer 1,8; 1 Kor 2,3. 10għax jiena miegħek, u ħadd ma hu se jmidd idu fuqek biex jagħmillek ħsara; għax poplu kbir hawn għalija f’din il-belt.” 11Pawlu qagħad hemm sena u sitt xhur, jgħallimhom il-kelma ta’ Alla.
12Imma meta Galljon#18,12: Galljon: sar prokonslu ta’ Akaja fis-sena 51/52 jew 52/53. Akaja: provinċja Rumana, biċċa mill-Greċja tal-lum. sar prokonslu tal-Akaja, il-Lhud qamu għalenija kontra Pawlu, tellgħuh quddiem il-qorti, 13u qalu: “Dan il-bniedem qiegħed jipperswadi lin-nies biex iqimu lil Alla kontra l-Liġi.” 14Xħin Pawlu kien se jiftaħ fommu, Galljon qal lil-Lhud; “Li kieku kien hemm xi ħtija jew delitt, kien ikun hemm raġuni li nismagħkom bis-sabar kollu lilkom il-Lhud:#Atti 23,29; 25,18-19. 15imma jekk din hi kwistjoni dwar kliem u ismijiet u l-Liġi tagħkom, arawha intom; jien ma rridx nagħmilha ta’ mħallef fi ħwejjeġ bħal dawn.” 16U bagħathom ’il barra mill-qorti. 17Imbagħad ilkoll qabdu f’Sòsteni, il-kap tas-sinagoga, u tawh xebgħa quddiem il-qorti. Imma Galljon ma ta ebda kas ta’ dan.
Pawlu lura f’Antjokja tas-Sirja
18Pawlu baqa’ hemm għal ħafna ġranet. Imbagħad infired mill-aħwa u rħielha bil-baħar lejn is-Sirja. Kellu miegħu lil Prixxilla u Akwila. F’Kenkri#18,18: Kenkri: port fil-Lvant ta’ Korintu. Qata’ xagħru: sakemm iddum il-wegħda wieħed ma kienx jista’ jaqta’ xagħru. qata’ xagħru, għax kellu wegħda.#Num 6,18; Atti 21,24. 19Meta waslu Efesu, Pawlu ħalla lill-oħrajn u mar fis-sinagoga jiddiskuti mal-Lhud.#Atti 17,17. 20Huma talbuh joqgħod hemm ftit ieħor; hu ma riedx, 21imma xħin ġie biex jinfired minnhom qalilhom: “Jekk Alla jrid, nerġa’ niġi għandkom.” U telaq minn Efesu bil-baħar.#Rum 1,10; 1 Kor 4,19. 22Meta wasal Ċesarija, tala’ Ġerusalemm isellem lill-Knisja, u mbagħad niżel Antjokja. 23Wara li għadda ftit taż-żmien hemmhekk, telaq u qagħad idur minn post għal ieħor fl-art tal-Galazja u l-Friġja#18,23: Friġja: ara nota 16,6., iwettaq id-dixxipli kollha.
Apollu jippriedka f’Efesu
24Wieħed Lhudi minn Lixandra, jismu Apollu, wasal Efesu. Kien raġel jinqala’ biex jitkellem, u għaref fl-Iskrittura. 25Kien mgħallem fit-Triq tal-Mulej, u kien jitkellem b’ħeġġa kbira u jgħallem fuq Ġesù, għad li kien jaf biss bil-magħmudija ta’ Ġwanni.#Rum 12,11. 26Dan beda jitkellem bi qlubija kbira fis-sinagoga. Prixxilla u Akwila semgħuh; ħaduh magħhom u fissrulu t-Triq ta’ Alla iktar bir-reqqa.#Atti 19,8. 27Billi hu ried imur l-Akaja, l-aħwa għamlulu l-qalb u kitbu lid-dixxipli biex jilqgħuh. Meta wasal hemm, bis-saħħa tal-grazzja li kellu, kien ta’ għajnuna kbira għal dawk li kienu emmnu. 28U bil-qawwa kollha kien jagħlaq ħalq il-Lhud quddiem kulħadd billi jurihom mill-Iskrittura li Ġesù hu l-Messija.#Atti 9,22; 17,3.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 18: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in